1,514-il persuna tilfu ħajjithom fil-baħar Mediterran mill-bidu tal-2018 ’l hawn filwaqt li 57, 571 persuna daħlu fl-UE b’din ir-rotta, skont l-IMO – l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Immigrazzjoni.

Il-Kummissjoni Ewropea ssoktat b’laqgħa mal-IMO, l-UNHCR (l-aġenzija tal-Ġnus Magħquda għar-Refuġjati), u ma’ pajjiżi oħra tal-Mediterran. F’din il-laqgħa ġew diskussi l-isfidi u s-soluzzjonijiet kif ukoll il-kunċett ta’ platforms li fihom jinżlu l-immigranti, kunċett approvat fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f’Ġunju li għadda.

Jeżisti qbil ġenerali biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni u tiżdied il-kunfidenza bejn iż-żewġ naħat fid-dawl li l-operazzjonijiet ta’ salvataġġ naqsu f’dawn l-aħħar ġimgħat minħabba l-ostakli li qed tqajjem l-Italja u ż-żieda ta’ mwiet fil-baħar. Il-Kummissjoni qalet li qed tipprova ssib “soluzzjonijiet mal-imsieħba kollha tal-Mediterran”.

Il-Kummissjoni qalet li se tibqa’ taħdem qrib dawn iż-żewġ aġenziji u l-istati membri biex tipprovdi aktar appoġġ lil pajjiżi terzi.

L-ITALJA MWISSIJA DWAR INFIQ BL-ADDOĊĊ FL-INFRASTRUTTURA

L-Italja rċeviet twissija mill-Kummissarju tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji Pierre Moscovici wara li l-Gvern Taljan ħabbar pjanijiet li jżid l-investimenti fl-infrastruttura ...
Read More

IL-LEMIN ESTREM IŻID L-APPOĠĠ FL-ISVEZJA

L-Isvezja tmur tivvota fid-9 ta’ Settembru bil-votazzjoni diġa` miftuħa għall-Isvediżi li jgħixu barra pajjiżhom. Il-partit populist tal-lemin Demokratiċi Svediżi żied ...
Read More

JEGĦRQU 1,514 IMMIGRANT FIL-MEDITERRAN

1,514-il persuna tilfu ħajjithom fil-baħar Mediterran mill-bidu tal-2018 ’l hawn filwaqt li 57, 571 persuna daħlu fl-UE b’din ir-rotta, skont ...
Read More

IL-ĠERMANJA TNEĦĦI S-SANZJONIJIET KONTRA T-TURKIJA

Il-Ġermanja neħħiet is-sanzjonijiet ekonomiċi kontra t-Turkija li daħlu fis-seħħ f’Lulju 2017. F’dak iż-żmien Berlin daħħal limitu massimu ta’ €1.5 biljun ...
Read More

PARIR BIEX ĠUDIKANTI POLLAKKI JIĠU SOSPIŻI

Ġudikaturi mill-Istati Membri tal-UE qed jippjanaw biex jissospendu lil Polonja minħabba l-indħil politiku fis-sistema legali Pollakka. Il-European Network of Councils ...
Read More

SANZJONIJIET DWAR PONT LI JGĦAQQAD IR-RUSSJA MAL-KRIMEA

L-UE ħabbret sanzjonijiet fuq sitt entitajiet li qed jieħdu sehem fil-bini ta’ Kerch Bridge, pont li jgħaqqad lir-Russja mal-peniżola tal-Krimea ...
Read More

PRODUTTURI TAL-KAROZZI EWROPEJ JIEĦDU N-NIFS

Produtturi tal-karozzi Ewropej ħadu n-nifs wara l-aħħar laqgħa bejn Jean-Claude Juncker u l-President Amerikan Trump dwar il-kummerċ bejn iż-żewġ naħat ...
Read More

ANQAS QGĦAD FIŻ-ŻONA EWRO

F’Ġunju l-qgħad fiż-żona ewro kien ta’ 8.3%, meta mqabbel ma’ 9% fl-istess perijodu tas-sena l-oħra. Din hija l-inqas rata ta’ ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment