It-28 stat membru tal-UE qablu dwar l-impenn tagħhom li jilħqu ftehim dwar il-Budget Ewropew (2021-2027) sal-Ħarifa tal-2019.

Il-Kunsill tal-UE qed iħeġġeġ biex l-istadju ta’ negozjati jibqa’ għaddej taħt il-Presidenza Rumena biex fl-aħħar jintlaħaq qbil taħt il-Presidenza tal-Finlandja.

Stati membri bħal Franza, Spanja u l-Irlanda talbu biex il-fondi tal-biedja jibqgħu kif inhuma. Il-Kummissjoni qed tipproponi li tnaqqashom b’5%.

Il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija u l-istati Baltiċi talbu li l-fondi strutturali li jingħataw jibqgħu l-istess.

Il-Litwanja, Latvja u l-Estonja talbu finanzjament dirett għal bdiewa tal-istati Baltiċi biex ilaħħqu mal-medja Ewropea.

Xi pajjiżi mhux jaqblu dwar kemm għandu jkun kbir il-baġit, bħal Olanda, Svezja u Danimarka minħabba t-tluq tar-Renju Unit mill-UE.

Id-Danimarka u l-Isvezja jixtiequ tnaqqis fl-infiq agrikolu u fil-fondi ta’ koeżjoni.

SE NIBQA’ NĦARES L-INTERESS TA’ MALTA FL-EWROPA

Alfred Sant wiegħed li se jibqa’ impenjat fil-ħarsien tal-interess tal-Maltin u l-Għawdxin fil-qasam tar-relazzjonijiet mal-Ewropa sal-aħħar tal-mandat parlamentari preżenti u ...
Read More

IŻ-ŻONA EWRO SE JKOLLHA L-BAĠIT TAGĦHA 

Il-membri taż-żona ewro qablu dwar baġit wieħed komuni, bid-daqs tiegħu jiġi determinat wara l-elezzjonijiet Ewropej ta’ Mejju 2019. Pjanijiet għal ...
Read More

FRANZA SE DDAHHAL €500 MILJUN FIS-SENA

Franza żdiedet mal-lista ta’ stati membri li telqu għal rashom u li se jdaħħlu taxxa għal kumpaniji diġitali. Dan wara ...
Read More

JAQBLU LI JIFTEHMU DWAR IL-BAĠIT EWROPEW

It-28 stat membru tal-UE qablu dwar l-impenn tagħhom li jilħqu ftehim dwar il-Budget Ewropew (2021-2027) sal-Ħarifa tal-2019. Il-Kunsill tal-UE qed ...
Read More

IR-RUMANIJA ORDNATA TIRKUPRA €350 MILJUN F’GĦAJNUNA TAL-ISTAT ILLEGALI

Il-Kummissjoni Ewropea ordnat lir-Rumanija tiġbor lura €335 miljun f’għajnuna tal-istat li mhux kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni Ewropea. Dawn il-miljuni ntefqu għall-kumpanija ...
Read More

€122 MILJUN GĦAR-REFUĠJATI SIRJANI

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret proġetti ġodda għar-refuġjati Sirjani li qed jiġu milqugħa minn komunitajiet fil-Ġordan, Iraq u Turkija u li jammontaw ...
Read More

L-UE IĠĠEDDED IS-SANZJONIJIET KONTRA R-RUSSJA

L-Unjoni Ewropea ġeddet is-sanzjonijiet ekonomiċi kontra r-Russja minħabba r-rwol tagħha fil-kunflitt tal-Lvant tal-Ukraina. Il-flotta navali Russa f’Novembru attakkat u kkonfiskat ...
Read More

IL-POLONJA ORDNATA TBIDDEL IL-LIĠI DWAR IL-ĠUDIKATURA

Il-Qorti ewlenija tal-Unjoni Ewropea iddeċidiet li l-Polonja għandha tissospendi l-liġi li niżżlet l-eta` tal-irtirar għal ġudikanti u li allura tisforzahom ...
Read More

 

Facebook Comments

Post a comment