Fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni fil-Parlament Ewropew nhar l-Erbgħa 13 ta’ Settembru, il-President tal-KE Jean-Claude Juncker mistenni jżid xenarju ieħor, is-sitt wieħed, li jisħaq fuq għaqda politika li tmur lil hinn mill-viżjoni ta’ Ewropa kummerċjali biss. Fil-‘White Paper’ diġa` hemm ħames xenarji tal-Unjoni sas-sena 2025.

“Nemmen li se jkun hemm is-sitt xenarju u dan se jkun dak li se nipproponu. Ma pproponejnihx qabel biex ma noqtluhx qabel ikun twieled.” qal Juncker.

Juncker qal li l-kontinent Ewropew huwa l-iżgħar kontinent u għalkemm l-ekonomija tiegħu mhux titlef il-kolp, l-influwenza tiegħu qed tonqos. Il-Prodott Gross Domestiku tal-UE se jkun qed jaffettwa anqas minn 20% tal-ġid globali fil-futur qarib. B’mod demografiku l-Ewropej se jkunu qed jirrappreżentaw biss 4% jew 5% tal-popolazzjoni globali sal-aħħar ta’ dan is-seklu.

“Dawn huma d-dgħufijiet tal-Ewropa u mhux se nkunu nistgħu nagħmlu xejn dwarhom ħlief li ngħidu li s-27 pajjiż huma aktar b’saħħithom flimkien milli separati.”

Bit-tluq tar-Renju Unit mill-UE u bit-tnaqqis fl-influwenza globali tal-UE, l-Ewropa issa trid tibqa’ magħquda aktar minn qabel, qal il-President tal-Kummissjoni.

“Mhux iż-żmien li nirtiraw f’pajjiżi nazzjonali, imma huwa ż-żmien għal aktar għaqda Ewropea. Mingħajr għaqda, ma jkollniex aktar vuċi, u mingħajr għaqda ma nkunux nistgħu ninfluwenzaw żviluppi internazzjonali.”

Fid-diskors annwali, tradizzjoni li nbdiet mill-predeċessur tiegħu, Jose` Manuel Barroso, Juncker se jisħaq dwar l-importanza tal-għaqda fit-tisħiħ tal-proġett Ewropew u fid-direzzjonijiet il-ġodda li se tkun qed tieħu l-UE.

 

 

L-GĦAQDA POLITIKA: IS-SITT XENARJU TAL-UNJONI EWROPEA

Fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni fil-Parlament Ewropew nhar l-Erbgħa 13 ta’ Settembru, il-President tal-KE Jean-Claude Juncker mistenni jżid xenarju ieħor, is-sitt ...
Read More

BREXIT – “ L-EWWEL ID-DIVORZJU MBAGĦAD IL-KUMMERĊ

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker saħaq li n-negozjati dwar il-kummerċ bejn ir-Renju Unit u l-UE għal wara li r-Renju Unit ...
Read More

21 MPE BLA RISPOSTA

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa involut kompletament fil-proċess tat-taħditiet tal-Brexit u għalhekk id-drittijiet taċ-ċittadini Britanniċi u tal-UE jaqgħu taħt il-kappa tal-obbligi ...
Read More

MERKEL FUQ QUDDIEM

Il-Konservattivi (CDU) ta’ Angela Merkel jinsabu fil-vantaġġ bi 15-il punt ta’ persentaġġ fuq il-partit tas-Soċjalisti u Demokratiċi (SPD) ta’ Martin ...
Read More

IL-POLONJA TIRREŻISTI R-RILOKAZZJONI TAL-IMMIGRANTI

Il-Polonja ma tridx immigranti f’pajjiżha u lesta tiddefendi l-każ tagħha quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. Din kienet it-tweġiba tal-awtoritajiet Pollakki wara ...
Read More

BIEX JONQSU L-IMWIET FID-DEŻERT U FIL-MEDITERRAN

F’Summit  dwar l-immigrazzjoni bejn Franza, il-Ġermanja, Spanja, l-Italja u ċ-Chad, Niger u l-Libja ntlaħaq qbil li jiżdiedu l-isforzi biex tkun ...
Read More

MHUX SE JINXTRAW AKTAR ĊEDOLI TAL-GVERNIJIET

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) mistenni jimplimenta l-ewwel passi biex joħroġ mill-pjan li jixtri miljuni ta’ ċedoli tal-gvernijiet, magħruf bħala ‘quantitative ...
Read More

IR-RUMANIJA  FIŻ-ŻONA EWRO FL-2022

Ir-Rumanija tista’ tkun fiż-żona ewro fl-2022 qal il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Rumen Teodor Melescanu. “Fil-preżent diġa` lħaqna r-rekwiżiti kollha biex nidħlu ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment