Madwar l-Ewropa qed jiżdied il-qbil dwar miżuri kontra l-kompetizzjoni fil-politika ta’ tassazzjoni bejn l-istati membri tal-UE biex tkun skoraġġuta l-evażjoni tat-taxxa. Dan qalu Alfred Sant meta tkellem dwar l-isfidi li se jkollha Malta fix-xhur u s-snin u ġejjin waqt diskussjoni dwar it-tmexxija taż-żona Ewro f’Dar l-Ewropa fil-Belt Valletta.

“Dan żgur mhux se jkun fl-interess ta’ stati membri żgħar bħall-Irlanda u bħal Malta li sa issa għandhom kontroll fuq is-sovranita` fil-politika ta’ tassazzjoni. Il-kompetizzjoni fil-politika ta’ tassazzjoni hija l-unika għodda ta’ pajjiżi żgħar bħal tagħna biex ipattu għall-iżvantaġġi li għandhom vis-a-vis stati membri kbar tal-kontinent Ewropew bħall-Ġermanja u Franza. L-akbar sfida ta’ Malta fix-xhur u fis-snin li ġejjin hija kif tirrikonċilja l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-evitar tat-taxxa mal-bżonn ta’ flessibilita` fit-tassazzjoni biex nibqgħu kompetittivi.”

L-MEP Malti qal li fl-Ewropa bħalissa hemm żewġ kurrenti ta’ ħsieb politiku. Il-Ġermanja titkellem favur il-kunċett ta’ Ewropa federali b’regoli li jkunu jgħoddu għall-istati membri kollha l-istess. Hemm stati membri oħra li jinsistu li għandu jkollna Ewropa tan-nazzjonijiet. Fuq dan il-ħsieb qed jirkbu l-movimenti populisti, l-aktar fl-Italja u fi Franza, li qegħdin jinsistu li jkollna Ewropa tan-nazzjonijiet u mhux Ewropa federali.

Dr Sant qal li l-akbar theddida għaż-żona ewro bħalissa ġejja mill-inkwiet soċjali fl-Ewropa li baqa’ jtektek u jitqal.

TA’ DETRIMENT GĦAL MALTA

Madwar l-Ewropa qed jiżdied il-qbil dwar miżuri kontra l-kompetizzjoni fil-politika ta’ tassazzjoni bejn l-istati membri tal-UE biex tkun skoraġġuta l-evażjoni ...
Read More

IMMIGRANTI LURA L-LIBJA

Mhux politika tal-KE li tibgħat immigranti lura l-Libja imma hija possibilita` waqt salvataġġ jekk issir skont il-liġi internazzjonali, qalet il-Kummissjoni ...
Read More

L-ITALJA RIESQA LEJN RIĊESSJONI

Ġimgħat wara li ntlaħaq ftehim dwar il-baġit Taljan mal-Kummissjoni Ewropea, qed jidhru sinjali li t-tielet l-akbar ekonomija taż-żona ewro riesqa ...
Read More

TRATTAMENT SPROPORZJONAT LEJN MALTA

Alfred Sant ikkritika bl-aħrax lill-Kummissjoni Ewropea għat-trattament sproporzjonat tagħha fil-konfront ta’ Malta meta mqabbel mal-każ ferm aktar serju tal-Latvja dwar infurzar ...
Read More

FRANZA U L-ĠERMANJA AKTAR QRIB XULXIN

Franza u l-Ġermanja ffirmaw l-ewwel kapitlu minn dak li se jkun trattat ġdid bl-għan li jissaħħaħ il-proġett Ewropew. Fost il-Brexit ...
Read More

JIPPREFERU FIGHTER JETS AMERIKANI

Il-pajjiżi Ewropej jippreferu fighter jets Amerikani. Wara l-Islovakkja u r-Rumanija issa anki l-Bulgarija u l-Kroazja qed jagħżlu li jixtru ajruplani ...
Read More

PUTIN FIS-SERBJA

Vladimir Putin sejjaħ għall-istabilita` fil-Balkani, ġurnata wara li akkuża lil Punent li qed tiddistabilizza r-reġjun Balkani permezz ta’ sforzi biex ...
Read More

DEFIĊIT KUMMERĊJALI GĦALL-UE

Iż-żona ewro irreġistrat surplus ta’ €19-il biljun ewro f’kummerċ internazzjonali f’Novembru 2018. Sena qabel, f’Novembru 2017 kienet irreġistrat surplus ta’ ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment