Alfred Sant ikkritika bl-aħrax lill-Kummissjoni Ewropea għat-trattament sproporzjonat tagħha fil-konfront ta’ Malta meta mqabbel mal-każ ferm aktar serju tal-Latvja dwar infurzar ta’ regoli dwar ħasil ta’ flus. Sant talab lill-Kummissarju Jourova tispjega għaliex u kif it-trattament ta’ Malta kien sproporzjonat meta mqabbel mal-mod kif imxiet mal-iskandlu ta’ ħasil tal-flus mill-Bank tal-Latvja ABLV.

Il-Kummissarju Jourova qalet li l-Kummissjoni hija konxja tal-ġrajjiet u tal-likwidazzjoni eventwali tal-Bank ABLV u qed tagħmel monitoraġġ tas-sitwazzjoni.

Alfred Sant qal li fil-każ tal-Latvja, il-Kummissjoni Ewropea qed tagħmel monitoraġġ tal-attivitajiet u ntbagħtu għadd ta’ ittri lil awtoritajiet ta’ kontra l-ħasil ta’ flus.

Fil-każ ta’ Malta il-Kummissjoni Ewropea talbet inkjesti preliminari li damu sentejn kif ukoll investigazzjonijiet fuq il-post. Talbet ukoll li tiltaqa’ mal-FIAU u tkun provduta aktar  informazzjoni. Il-Kummissjoni Ewropea talbet ukoll lill-awtoritajiet Maltin biex jieħdu numru ta’ miżuri, waqt li kkontestat il-metodoloġija, l-istrateġija u l-abilita` tagħhom ta’ kif jirreaġixxu għal-proċessi ta’ ispezzjonijiet.

Il-Kummissarju Jourova ripetutament irreferiet għad-dgħufija sistematika ta’ Malta meta irreferiet għal każ tal-Bank Pilatus li kien akkużat li għadda $115 miljun dollaru Amerikan minn banek Amerikani.

Il-Bank tal-Latvja ABLV ġie implikat b’ħasil ta’ flus, tixħim ta’ uffiċċjali u iffaċilitar tal-ksur tas-sanzjonijiet kontra l-Korea ta’ Fuq u ġie illikwidat wara akkużi ta’ ħasil ta’ flus istituzjonalizzat.

TA’ DETRIMENT GĦAL MALTA

Madwar l-Ewropa qed jiżdied il-qbil dwar miżuri kontra l-kompetizzjoni fil-politika ta’ tassazzjoni bejn l-istati membri tal-UE biex tkun skoraġġuta l-evażjoni ...
Read More

IMMIGRANTI LURA L-LIBJA

Mhux politika tal-KE li tibgħat immigranti lura l-Libja imma hija possibilita` waqt salvataġġ jekk issir skont il-liġi internazzjonali, qalet il-Kummissjoni ...
Read More

L-ITALJA RIESQA LEJN RIĊESSJONI

Ġimgħat wara li ntlaħaq ftehim dwar il-baġit Taljan mal-Kummissjoni Ewropea, qed jidhru sinjali li t-tielet l-akbar ekonomija taż-żona ewro riesqa ...
Read More

TRATTAMENT SPROPORZJONAT LEJN MALTA

Alfred Sant ikkritika bl-aħrax lill-Kummissjoni Ewropea għat-trattament sproporzjonat tagħha fil-konfront ta’ Malta meta mqabbel mal-każ ferm aktar serju tal-Latvja dwar infurzar ...
Read More

FRANZA U L-ĠERMANJA AKTAR QRIB XULXIN

Franza u l-Ġermanja ffirmaw l-ewwel kapitlu minn dak li se jkun trattat ġdid bl-għan li jissaħħaħ il-proġett Ewropew. Fost il-Brexit ...
Read More

JIPPREFERU FIGHTER JETS AMERIKANI

Il-pajjiżi Ewropej jippreferu fighter jets Amerikani. Wara l-Islovakkja u r-Rumanija issa anki l-Bulgarija u l-Kroazja qed jagħżlu li jixtru ajruplani ...
Read More

PUTIN FIS-SERBJA

Vladimir Putin sejjaħ għall-istabilita` fil-Balkani, ġurnata wara li akkuża lil Punent li qed tiddistabilizza r-reġjun Balkani permezz ta’ sforzi biex ...
Read More

DEFIĊIT KUMMERĊJALI GĦALL-UE

Iż-żona ewro irreġistrat surplus ta’ €19-il biljun ewro f’kummerċ internazzjonali f’Novembru 2018. Sena qabel, f’Novembru 2017 kienet irreġistrat surplus ta’ ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment