L-istati membri li jmissu mal-Mediterran iltaqgħu f’Ċipru biex jitkellmu dwar il-problemi u l-kriżijiet tal-Unjoni Ewropea u r-relazzjonijiet tagħhom mal-pajjiżi tas-Sud tal-Mediterran. F’din il-laqgħa, it-tielet waħda ta’ din ix-xorta (msejħa Medgroup) ħadu sehem Malta, Ċipru, Greċja, Italja, Portugall, Spanja u Franza.
Id-diskussjonijiet din id-darba daru fuq il-kwistjoni tas-Sirja u l-konsegwenza li din il-kriżi qed tħalli fuq il-Lebanon u l-Ġordan. Issemmiet ukoll il-Libja u l-problema tal-immigrazzjoni. Il-ministri saħqu li ma jistax ikun hemm soluzzjoni militari għall-gwerra fis-Sirja. Rigward l-immigrazzjoni, il-ministri saħqu dwar l-appoġġ umanitarju u l-ħarsien tal-fruntieri esterni. Huma ma qablux mal-fatt li stati membri jieħdu azzjoni individwali, iżda qablu dwar l-importanza li l-UE tirriforma l-qafas tagħha biex ittejjeb il-politika ta’ ażil u tikkontrolla din il-kriżi.
Il-ministri qablu wkoll dwar aktar kooperazzjoni mal-pajjiżi tas-Sud tal-Mediterran. Huma wrew ix-xewqa li jsaħħu r-relazzjonijiet tal-UE mad-dinja Għarbija.
PROĊEDURI KONTRA MIN JIKSER IR-REGOLI EKONOMIĊI
Read More
L-ISTATI MEMBRI TAL-MEDITERRAN DWAR IL-KRIŻIJIET TAL-UE
Read More
L-EWROPA MA TISTAX TFARFAR IL-PROBLEMA TAL-IMMIGRAZZJONI FUQ L-ISTATI Ż-ŻGĦAR TAS-SUD
Read More
IŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA TUNEŻIN FL-EWROPA
Read More
L-AJRUPORTI FAVUR IX-XENGEN
Read More
FTEHIM MAL-AWSTRALJA U NEW ZEALAND
Read More
M’HEMMX FLUS BIEX IŻARMAW L-IMPJANTI NUKLEARI
Read More
MIŻURI MONETARJI ĠODDA
Read More
L-EWROPA TEĦTIEĠ INVESTIMENT PUBBLIKU ĠDID
Read More
IL-KLASSI TAN-NOFS ISSIBHA AKTAR DIFFIĊLI
Read More
L-S&D SE TINDIRIZZA T-TĦASSIB TAS-SAJJIEDA MALTIN
Read More
IL-MED GROUP
Read More
ĦAMES PAJJIŻI EWROPEJ FAVORITI MAL-AMERIKANI
Read More
BLA PJAN DWAR L-IMMIGRAZZJONI
Read More
Post a comment