Wara l-attakk terroristiku fit-18 ta’ Marzu tal-2015 f’Tunis u dak tas-26 ta’ Ġunju tal-2015 f’Sousse, it-turiżmu fit-Tuneżija ħa daqqa ta’ ħarta. Dan ħalla impatt fuq l-ekonomija tal-pajjiż. Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ħabbar miżuri speċjali u temporanji biex jappoġġja l-ekonomija Tuneżina.
Il-Kummissjoni Ewropea ħarġet bil-proposta li żżid il-kwota bla tariffi tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa Tuneżin b’35, 000 tunnellata kull sena fuq perijodu ta’ sentejn. Iż-żejt taż-żebbuġa huwa prodott ewlieni fost l-esportazzjoni agrarja tat-Tuneżija. 1/5 tal-ammont totali ta’ nies li jaħdmu fl-agrikoltura jiddependu mill-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa. L-UE importat total ta’ 145, 200 tunnellata ta’ żejt taż-żebbuġa Tuneżin bejn l-2014-2015, 32, 000 tunnellata bejn 2013/2014 u 111,400 tunnellata bejn l-2012/2013.
L-Unjoni Ewropea hija produtriċi, konsumatriċi u esportatriċi ewlenija taż-żejt taż-żebbuġa. Fl-aħħar ħames snin l-UE ipproduċiet 69%, ikkonsmat 57% u esportat 65% mit-total dinji taż-żejt taż-żebbuġa. It-total ta’ żejt taż-żebbuġa prodott kull sena fl-UE huwa ta’ 1, 430, 800 tunnellata. L-ikbar produttriċi hija Spanja (835, 000) warajha l-Greċja (300, 000) u l-Italja (220, 000).
Taħt il-ftehim bejn it-Tuneżija u l-UE, l-UE ma żammet l-ebda tariffi fuq l-importazzjoni ta’ prodotti manifatturati fit-Tuneżija mill-2008 ’l hawn. Madanakollu l-UE żammet kwoti fuq ħafna tipi ta’ frott, ħaxix u ż-żejt taż-żebbuġa.
Meta l-Parlament Ewropew iddiskuta l-ftehim ta’ kummerċ bejn l-UE u t-Tuneżija Alfred Sant qal li dan il-ftehim huwa fundamentali għax bil-ħolqien ta’ istituzzjonijiet konverġenti fin-Nord u s-Sud tal-Mediterran, it-Tuneżija tokkupa rwol prinċipali. Dr Sant saħaq li qbil dwar dan il-ftehim hu ta’ benefiċċju għaż-żewġ naħat.
PROĊEDURI KONTRA MIN JIKSER IR-REGOLI EKONOMIĊI
Read More
L-ISTATI MEMBRI TAL-MEDITERRAN DWAR IL-KRIŻIJIET TAL-UE
Read More
L-EWROPA MA TISTAX TFARFAR IL-PROBLEMA TAL-IMMIGRAZZJONI FUQ L-ISTATI Ż-ŻGĦAR TAS-SUD
Read More
IŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA TUNEŻIN FL-EWROPA
Read More
L-AJRUPORTI FAVUR IX-XENGEN
Read More
FTEHIM MAL-AWSTRALJA U NEW ZEALAND
Read More
M’HEMMX FLUS BIEX IŻARMAW L-IMPJANTI NUKLEARI
Read More
MIŻURI MONETARJI ĠODDA
Read More
L-EWROPA TEĦTIEĠ INVESTIMENT PUBBLIKU ĠDID
Read More
IL-KLASSI TAN-NOFS ISSIBHA AKTAR DIFFIĊLI
Read More
L-S&D SE TINDIRIZZA T-TĦASSIB TAS-SAJJIEDA MALTIN
Read More
IL-MED GROUP
Read More
ĦAMES PAJJIŻI EWROPEJ FAVORITI MAL-AMERIKANI
Read More
BLA PJAN DWAR L-IMMIGRAZZJONI
Read More
Post a comment