It-Torca

L-Unjoni Ewropea u t-Taxxi

Fl-aħħar sentejn, is-suġġett tat-taxxi beda jieħu aktar importanza fid-diskussjonijiet u proposti li tqanqlu fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Tqajjem fil-Parlament Ewropew, mill-Kummissjoni Ewropea u aktar ma għadda ż-żmien, anke fil-Kunsill tal-Ministri u fil-Kunsill Ewropew. L-indirizz ewlieni ta’ din l-attività kien donnu maħsub ħalli l-pajjiżi membri tal-Unjoni jiftehmu biex ftit jew wisq, iwaħħlu l-istess taxxi fuq id-dħul

It-Torca

Il-Mediterran u l-Unjoni Ewropea (2)

Wara li qara l-artiklu tal-Ħadd li għadda dwar il-Mediterran u l-Unjoni Ewropea, ħabib qalli: L-istampa waddabtha wisq fuq l-iskur. Lanqas biss semmejt l-Unjoni tal-Mediterran u l-proġetti li varat. Veru li ma semmejthiex għalkemm saru referenzi ghall-ħidma li hi u programmi oħra tal-Unjoni Ewropea qed imexxu. L-Unjoni tal-Mediterran hi forum li jġib flimkien lill-pajjiżi kollha li

It-Torca

Il-mediterran u l-unjoni ewropea (1)

Kien hemm żmien meta l-Mediterran bħala żona ġeografika, politika u ekonomika kien ċentrali għall-politika barranija ta’ Malta. Il-gvern kien jissettja l-miri diplomatiċi tiegħu skont il-fehma li l-paċi u l-koperazzjoni bejn il-ġnus tal-Mediterran kellha tkun priorità fil-ħidma tal-Ewropa u tal-istess pajjiżi ta’ madwar il-Baħar. Dan ġara l-aktar matul is-snin sebgħin u parti mis-snin tmenin tas-seklu l-ieħor,

It-Torca

Il-Baġits Ewropej

Ninsabu fil-jiem fejn mal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (Malta inkluża) qed jitħejjew il-baġits tal-gvernijiet rispettivi. Speċjalment fil-qafas taż-żona tal-ewro, dawn iridu jiġu mistħarrġa wieħed wieħed mill-Kummissjoni Ewropea. Hi trid tagħti ġudizzju fuq jekk u kemm huma konformi mar-regoli li bihom suppost jitmexxew il-finanzi tal-pajjiżi membri taż-żona tal-ewro, skont il-ftehimiet li saru fl-aħħar snin, maħsuba biex jilqgħu għall-kriżi

It-Torca

L-ewropa u l-immigrazzjoni

Fil-belt ta’ Chemnitz fil-Ġermanja tal-lvant, immigrant mil-Lvant Nofshani attakka u qatel Ġermaniż ta’ mezz’età f’nofs triq. Bi protesta, il-partit tal-lemin estrem l-AfD organizza dimostrazzjonijiet u partiti tax-xellug u ċ-ċentru organizzaw kontro-protesti. Fl-Italja fejn qed titqawwa x-xenofobija, saru attakki fuq immigranti Afrikani. Fl-Ungerija, immigrant mil-Lvant Nofshani kellu konferma ta’ ħames snin ħabs għax mexxa attakk fuq

It-Torca

Nazzjonaliżmu jew patrijottiżmu?

Fis-snin ta’ wara r-riċessjoni tas-sena 2008, seħħet żieda fl-appoġġ elettorali fl-Ewropa għal partiti nazzjonalisti u/jew populisti. Ħadu u żammew voti kemm mix-xellug u kemm mil-lemin. Dan it-tkabbir tagħhom għadu għaddej sal-lum. Qed jinkwieta qatigħ lill-mexxejja tal-partiti “moderati” ta’ xellug u lemin, kif ukoll lill-partiti “ċentristi”. Il-partiti nazzjonalisti qed ixandru l-messaġġ li l-politika għandha tpoġġi fuq