It-Torca

Mid-diskors ta’ Juncker

Meta qam fil-Parlament Ewropew nhar l-Erbgħa biex jagħmel id-diskors dwar il-qagħda tal-Unjoni Ewropea, il-President tal-Kummissjoni Jean Claude Juncker kien konxju li hu u sħabu jinsabu fil-pożizzjoni ta’ — kif isejħulhom bl-Ingliż — lame ducks. Jiġifieri li għax jinsabu fi tmiem il-kariga tagħhom, jonqsilhom ħafna mill-poter jew ħila biex ivaraw inizjattivi qawwija u ġodda. Aktar minn

It-Torca

Il-qagħda tal-unjoni

Fil-plenarja tal-Parlament Ewropew ta’ dil-ġimgħa, wieħed mill-punti ewlenin fuq l-aġenda mistenni li jkun id-diskors tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker dwar il-qagħda tal-Unjoni Ewropea. Hu diskors li l-President jagħmel kull sena f’Settembru fi drawwa li żviluppat fl-aħħar snin. Se jkun l-aħħar diskors tiegħu għax jinsab riesaq lejn it-tmiem tal-kariga. L-aspettattiva hi li Juncker se jipprovdi

It-Torca

Malta u l-Ewropa: Il-bilanċ Soċjali

Ġimgħa ilu, qisna l-bilanċ ekonomiku ta’ kif marret Malta fis-snin li ilha membru tal-Unjoni Ewropea. Fuq ir-riżultati miksuba, jien wieħed minn dawk li jsostnu li minkejja kull ma jintqal, iċ-ċifri ekonomiċi ma jurux is-suċċess miraklu li jissemma. Anzi bil-maqlub. Ekonomikament, il-polz tal-pajjiż tħarrek meta bdew jagħtu frott ġdid dawk l-oqsma fil-pajjiż li dwarhom l-Unjoni Ewropea

It-Torca

Gvernijiet ta’ pajjiżI żgħar (2)

Ġimgħa ilu tkellimna dwar kif inhuma magħmula l-gvernijiet ta’ pajjiżi “żgħar” membri tal-Unjoni Ewropea. Bħall-gvern Malti, huma jieħdu sehem fid-diskussjonijiet u n-negozjati bejn it-28 membru tal-Unjoni li jwasslu għad-deċiżjonijiet Ewropej. Nisimgħu ħafna dwar xi tkun il-qagħda tal-pajjiżi l-kbar bħall-Ġermanja u Franza, imma ftit li xejn dwar kif iż-“żgħar” ikunu qed jippożizzjonaw ruħhom. Rajna kif il-pajjiżi

It-Torca

Gvernijiet ta’ pajjiżI żgħar

Ġieli jqum l-argument (jien insostnih ta’ spiss) li l-Ewropa hi kontinent magħmul min-nazzjonijiet u li għalhekk, ċertament sa issa, l-għaqda politika tagħha ma tistax tieħu b’suċċess is-sura federali. Filfatt, minkejja s-saħħa eżekuttiva li l-Kummissjoni Ewropea għandha f’numru mhux żgħir ta’ oqsma, u minkejja l-involviment akbar fid-deċiżjonijiet li sar ikollu l-Parlament Ewropew, l-aqwa vuċi għadha dik

It-Torca

Ta’ malajr fuq diversi

Xieraq li hekk kif fil-biċċa l-kbira tagħhom, l-istituzzjonijiet Ewropej jagħlqu għall-vaganzi tas-sajf, nagħtu ħarsa qasira “ta’ malajr” lejn diversi oqsma fejn kien hemm jew kellu jkun hemm żviluppi matul l-aħħar sena. Fir-realtà, għalkemm dieħel l-istaġun tal-vaganzi, insibu oqsma fejn wieħed jistenna li l-ġrajja mhux se torqod. Fuq quddiem nett, l-immigrazzjoni, il-Brexit u r-relazzjonijiet bejn l-Ewropa