Newsletter

L‑AKBAR ‘TRADING PARTNERS’ TAL‑UE FL‑2014

L-Istati Uniti u ċ-Ċina kienu l-akbar ‘trading partners’ tal-UE fl-2014. L-UE tixtri u tbigħ €515.6 biljun mal-Istati Uniti u €467.3 maċ-Ċina, 15% u 14% rispettivament. Il-Ġermanja kienet ewlenija fil-kummerċ bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Il-kummerċ mar-Russja jlaħħaq €285.1 biljun (8%) u mal-Iżvizzera jlaħħaq €236.9 biljun (7%). It-total tal-kummerċ mal-Istati Uniti niżel b’terz f’10 snin minn 24%

Newsletter

L‑UNJONI EWROPEA FIL‑BŻONN TA’ RIFORMI STRUTTURALI

L-Unjoni Ewropea jista’ jkollha tkabbir sostenibbli permezz ta’ riformi strutturali. Is-soluzzjonijiet l-oħra ġew eżawriti jew użati kollha. Dan qalu Angel Gurria, Segretarju tal-OECD meta indirizza l-Kumitat Ekonomiku u Monetarju tal-Parlament Ewropew. Gurria semma kif ir-rati baxxi ta’ interessi u r-rati għolja ta’ dejn pubbliku qed iwaqqfu l-imbuttatura li jeħtieġu l-baġits. Huwa qal li l-gvernijiet nazzjonali

Newsletter

IL‑KE SE TIPPERMETTI ‘STATE AID’ FRANĊIŻA FL‑AVJAZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li għall-ewwel darba approvat tliet skemi ta’ ‘State Aid’ għal-linji tal-ajru u għall-ajruporti Franċiżi. L-iskemi huma relatati mal-investiment u mat-tisħiħ tal-operazzjonijiet fl-ajruporti u se jgħinu biex jinfetħu rotot ġodda tal-ajru. Dawn l-iskemi huma maħsuba biex il-Gvern Franċiż jagħti l-għajnuna tal-istat biex tikber il-konnettivita` fis-settur tal-avjazzjoni Franċiż. L-iskemi mistennija jnaqqsu l-konġestjoni tat-traffiku tal-ajru

Newsletter

TSIPRAS KONTRA S‑SANZJONIJIET RUSSI

Il-Greċja qed titlob li l-Unjoni Ewropea twaqqaf is-sanzjonijiet kontra r-Russja, basta dan isir skond il-ftehim ta’ Minsk. Is-sanzjonijiet Russi qed ikomplu jaffettwaw ħażin l-ekonomija Griega. Tsipras kien f’Moska fejn ma’ Putin iddiskuta r-relazzjonijiet kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi. Tsipras ma rnexxilux jikkonvinċi lil Putin ineħħi l-veto fuq l-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli Griegi. Putin qal li r-Russja

Newsletter

X’INHU DAN? X’INHI DIN?

Il-Parlament Ewropew huwa istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea b’751 membru parlamentari li qegħdin hemm f’isem iċ-ċittadini tat-28 pajjiż tal-UE. Dawn jiġu eletti kull ħames snin. Kull stat huwa rappreżentat b’għadd ta’ MEPs, skont il-popolazzjoni tal-pajjiż. Dawn jirrapreżentaw 500 miljun ċittadin Ewropew. Malta għandha sitt siġġijiet fil-Parlament Ewropew. Il-poter tal-Parlament Ewropew baqa’ dejjem jikber. Illum għandu l-poter li

Newsletter

ĊIPPA TAĦT IL‑ĠILDA BĦALA IDENTIFIKAZZJONI

Ċippa daqs rossa waħda qed titqiegħed taħt il-ġilda ta’ id l-impjegati ta’ kumpanija fl-Isvezja biex isservi bħala kodiċi ta’ identifikazzjoni. Din il-proċedura bdiet fl-Isvezja f’Epicentre, uffiċċju ġdid. B’din iċ-ċippa l-impjegati se jibdew jiftħu l-bibien li jeħtieġu kodiċi biex jinfetħu, jużaw il-photocopier u affarijiet oħra relatati. Il-manifatturi ta’ din iċ-ċippa qed jgħidu li ċ-ċippa ma hi