Newsletter

ARA ĠEJ…WIEĦED, TNEJN KLIKK

Iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea delettanti tal-fotografija jistgħu jieħdu sehem f’kompetizzjoni. Kull xahar jintgħażel suġġett u d-delettanti jibagħtu r-ritratt tagħhom marbut mas-suġġett flimkien ma’ formola għal tal-apposta. Ir-rebbieħ ikun mistieden biex jagħmel rapport fotografiku fi Strasburgu. Wieħed jista’ jieħu sehem billi jibgħat ir-ritratt permezz tal-email fuq: webcom-flickr@europarl.europa.eu. Kumitat apposta jagħżel l-aqwa 10 ritratti li minnhom joħroġ ir-rebbieħ

Newsletter

KOMPJUTERS INFETTATI B’VIRUS

L-Europol, il-forza tal-ordni tas-sigurta` Ewropea, irnexxielha tkisser ċirku kbir ta’ attivita` kriminali li kienet qed tidħol fuq il-kompjuters biex tisraq informazzjoni bankarja. Instab li kien hemm mat-3 miljun kompjuter infettati b’virus magħmul apposta. Din l-operazzjoni mmexxija mis-Cybercrime Centre tal-Europol involviet investigaturi mill-Ġermanja, l-Italja, l-Olanda u r-Renju Unit. Magħhom issieħbu wkoll xi industriji privati – AnubisNetworks,

Newsletter

LONDRA TATTIRA L‑AKTAR INVESTIMENTI ĠODDA

Londra hija l-iktar belt effettiva fid-dinja biex tattira investiment ġdid. Il-kapitali Ingliża attirat 359 negozju ġdid fl-2014, ċifra ferm akbar mill-ibliet l-oħra li jikkompetu magħha. Fit-tieni post hemm Shanghai b’267 proġett ta’ espansjoni. Fit-tielet post hemm Pariġi li attirat 170 negozju ġdid, 4 proġetti aktar minn Hong Kong li attirat 155 proġett (-2 proġetti fuq

Newsletter

IR‑REGOLI TAS‑SEWQAN JINKISRU L‑AKTAR FIS‑SAFAR

Skond il-Kummissjoni Ewropea, is-sewwieqa għandhom tliet darbiet aktar ċans li jiksru l-liġi tas-sewqan meta jsuqu barra minn pajjiżhom. Il-Kunsill tal-Ewropa għadu kif adotta d-direttiva li permezz tagħha l-istati membri jaqsmu informazzjoni dwar il-persuni li jkunu kisru xi regola tas-sewqan. Il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea se jibdew jagħtu multi lil dawk iċ-ċittadini li jkunu ġejjin minn stati membri

Newsletter

SPANJA U R‑RENJU UNIT FL‑INKWIET MINĦABBA L‑ĦAŻNA TAŻ‑ŻEJT

Il-Kummissjoni Ewropea qed titlob lil Spanja u lir-Renju Unit biex jimxu mar-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħażna taż-żejt li sippost daħlu fil-liġi tal-pajjiżi membri fl-2012. Din id-direttiva titlob lil kull stat membru biex ikollu livell minimu ta’ żejt mhux raffinat u/jew prodotti ġejjin minnu fosthom diesel u jet fuel. Il-livell minimu ta’ fuel irid ilaħħaq tal-inqas

Newsletter

JONQOS IL‑KONSUM TAL‑GASS

Fl-2014 naqas il-konsum tal-gass fl-Ewropa bi 12.9% waqt li l-konsum tal-elettriku naqas bi 3.7%. Dan it-tnaqqis kien ikkawżat minnħabba temperaturi anqas kesħin u anki minħabba l-kriżi ekonomika. L-esperti qed jgħidu wkoll li fil-pajjiżi Ewropej (eskluża t-Turkija) imsieħba fl-OECD (Organizzazzjoni għall-kooperazzjoni ekonomika u żvilupp) il-konsum tal-gass fil-pajjiżi Ewropej kien inqas minn 400 biljun metru kubu. F’għaxar