Newsletter

IKOMPLU S‑SANZJONIJIET RUSSI

Il-Kunsill Ewropew qabel li jkomplu s-sanzjonijiet kontra l-Federazzjoni Russa sakemm il-ftehim ta’ Minsk ikun implimentat sal-aħħar tas-sena 2015. Il-KE qablet li tara xi żviluppi se jkun hemm għaliex ‘id-deċiżjonijiet meħtieġa se jittieħdu fix-xhur li ġejjin’. Il-ftehim ta’ Minsk jgħid li sal-aħħar tas-sena l-Ukraina trid tiggarantixxi status speċjali u awtonomija għal inħawi partikolari ta’ Donetsk u

Newsletter

TIŻDIED ID‑DOMANDA GĦALL‑AŻIL

L-għadd ta’ immigranti li telqu minn pajjiżhom bħala rifuġjati politiċi u qed ifittxu kenn f’pajjiż ieħor tal-UE laħaq 626,000 fl-2014. F’sena kien hemm żjieda ta’ 191,000 applikazzjoni (+44%), il-biċċa l-kbira minnhom Sirjani. In-numru ta’ Sirjani li applikaw għall-ażil fl-2014 tela’ bi 72,000 u laħaq in-numru ta’ 123,000. Warajhom jiġu l-Afgani li għamlu 41,300 talba għall-ażil.

Newsletter

L‑UE TINJORA L‑BIEDJA MALTIJA

Alfred Sant, Kap tad-Delegazzjoni Maltija tal-S&D fil-Parlament Ewropew qal li l-Kummissjoni Ewropea qed tinjora ċ-ċirkostanzi partikolari tal-biedja f’Malta u f’Għawdex minħabba ċ-ċokon tal-gżejjer Maltin. Alfred Sant irreaġixxa għad-dikjarazzjoni tal-KE li ma kienx hemm bżonn ta’ proposti ġodda għall-kundizzjonijiet speċifiċi tal-biedja Maltija. ‘Jekk il-KE mhix interessata li tippromwovi proġetti agrikoli ġodda f’Malta, għandna nagħmluh aħna bħala

Newsletter

L‑EKONOMIJA FRANĊIŻA TIRKUPRA

Franza ħabbret li matul 2014 id-defiċit tagħha niżel għal 4% meta mqabbel ma’ 4.3% fl-2013. Dan huwa aħjar mill-previżjonijiet ta’ 4.4% tal-Gvern Franċiż, iżda aktar minn 3% kif mitlub mill-Unjoni Ewropea. Il-Ministru Franċiż tal-Finanzi Michel Sapin qal li qed jistenna li fl-2015 id-defiċit jinżel għal 3.8%. Fi Franza hemm sinjali ta’ tkabbir fl-ekonomija u jekk

Newsletter

IL-KOMPETIZZJONI FIT-TAXXI TGĦIN LILL-PAJJIŻI ŻGĦAR

Fiż-żona Ewro ma tistax titneħħa l-kompetizzjoni bejn il-pajjiżi fuq it-taxxi, għax pajjiżi ċkejkna li m’għandhomx riżorsi tagħhom bilfors joffru rati ta’ taxxi kompetittivi biex jattiraw l-investiment u x-xogħol. Dr Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew li jekk l-istrutturi fiż-żona Ewro jkunu l-istess għall-pajjiżi kollha, dawn jaffettwaw ħażin l-kompetittivita` ta’ pajjiżi diġa` żvantaġġjati fiż-żona Ewro. Il-kompetizzjoni fit-taxxa

Newsletter

JITTARDJA L‑FTEHIM BEJN UE/STATI UNITI

It-trattat kummerċjali bejn l-UE u l-Istati Uniti mistenni jittardja aktar milli maħsub, minkejja l-ottimiżmu fiċ-ċrieki Ewropej li dan kien se jkun konkluż sa tmiem 2015. Fi tmiem il-laqgħa tal-Ministri tal-Kummerċ tal-UE, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Latvja, Edgar Rinkevic qal li, ‘ma nistgħux niċħdu li dal-proċess jista’ jieħu aktar minn tmiem din is-sena.’ Il-Latvja bħalissa għandha l-Presidenza