Newsletter

ĊIKKULATA KONTRA T‑TIKMIX

‘Esthechoc’ hija ċikkulata ġdida maħluqa mill-Universita` Ingliża ta’ Cambridge, twiegħed li tagħti spinta liċ-ċirkolazzjoni u żżomm il-ġilda milli tixjieħ u titkemmex. Biċċa ‘Esthechoc’ ta’ 7 grammi għandha l-benefiċċju nutrittiv ta’ flett tas-salamun. Min għandu 60 sena u jiekol iċ-ċikkulata għal ftit ġimgħat, jibda jidher ta’ 30. Mhux hekk biss, biċċa ċikkulata għandha 38 kaloriji biss

Newsletter

KUNTENTI B’JUNCKER

Survey tal-Parlament Ewropew fl-2014 juri li ċ-ċittadini Ewropej huma kuntenti bir-rwol li kellu l-Parlament Ewropew fl-elezzjoni tal-President il-ġdid tal-Kummissjoni Jean Claude Juncker. Aktar min-nofs ta’ dawk li wieġbu jħossu li s-sħubija mal-UE hija xi ħaġa pożittiva u li leħinhom qed jinstema’. F’Mejju li għadda kien hemm l-iktar rata baxxa ta’ nies li ħarġu jivvotaw (42.54%)

Newsletter

AKTAR ŻMIEN GĦAL FRANZA

Il-Kummissjoni Ewropea se tagħti lil Franza 3 snin oħra biex tniżżel id-defiċit anqas minn 3% biex timxi mar-regoli tal-UE. Safrattant Franza trid tagħmel ir-riformi meħtieġa. Fix-xitwa tal-2014 id-defiċit kien ilaħħaq għall-4.3% tal-GDP. Uffiċċjalment Franza, flimkien mal-Italja u l-Belġju, kellha tniżżel id-defiċit tagħha sa din is-sena. Jidher li l-Kummissarju Pierre Moscovici huwa konxju li dan huwa

Newsletter

L‑ENERĠIJA MIX‑XEMX U R‑RIĦ

Il-produzzjoni tal-enerġija mix-xemx u r-riħ qed tiżdied fil-pajjiżi tal-Unjoni. Fl-UE il-konsum ta’ enerġija nadifa jlaħħaq l-14.9%, persentaġġ ogħla mill-miri li kellha l-Unjoni għas-sena 2013-2014. Dan jawgura tajjeb biex tilħaq il-miri għall-2020-2030; jiġifieri li tal-inqas sal-2020 tiġġenera 20% ta’ enerġija li ġejja mix-xemx u r-riħ u sal-2030 tiġġenera tal-inqas 27% minn din it-tip ta’ enerġija. Il-miri

Newsletter

POTER POLITIKU SOSTANZJALI GĦALL‑BANK ĊENTRALI EWROPEW

Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu poter politiku sostanzjali, anki jekk jibqa’ fil-limiti ta’ diskors teknokratiku. Dan il-poter jeċċedi l-mandat mogħti lilu mit-trattati eżistenti, li se jkompli jinfirex b’riżultat tar-responsabbiltajiet mgħoddija lill-Bank taħt il-provedimenti tal-unjoni bankarja. Dwar dan tkellem Alfred Sant fil-Parlament Ewropew: ‘Jien wieħed minn dawk li jaqblu mad-deċiżjonijiet tal-aħħar snin. Fl-istess ħin, il-mexxejja tal-Bank mhux

Newsletter

7 MINN KULL 10 SELF‑EMPLOYED

7 minn kull 10 piloti li jaħdmu mal-linji tal-ajru low-cost huma self-employed. Dan ħareġ minn studju tal-Univerista` ta’ Ghent fil-Belġju u ppubblikat mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Piloti. Dawn il-piloti ħafna drabi jaħdmu permezz ta’ aġenziji li joffru xogħol temporanju, bħala self-employed, jew fuq kuntratt ta’ żero-sigħat mingħajr garanziji ta’ paga minima. In-numru ta’ piloti li jaħdmu mal-linji