L-Istati membri tal-UE tilfu €147.1 biljun fid-dħul tal-VAT fl-2016, skont studju tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissarju tat-tassazzjoni Pierre Moscovici qal li t-telf li ħafna drabi jispiċċa fil-bwiet tal-frodisti, il-kriminali u anki t-terroristi, huwa inaċċettabbli.
L-istudju juri titjib fil-ġbir ta’ VAT fi 22 stat membru fosthom Bulgarija, Latvja, Ċipru, Olanda filwaqt li l-affarijiet marru għall-agħar f’6 stati membri oħra – Rumanija, Finlandja, Renju Unit, Irlanda, Estonja u Franza.
Id-differenza bejn dak li kellu jinġabar u dak li daħal tassew mill-VAT tinħass l-aktar f’pajjiżi bħar-Rumanija (35.88%), Greċja (29.22%) u Italja (25.9%).
Moscovici qal li s-soluzzjoni ilha fuq il-mejda tal-Ministri tal-Finanzi għal madwar sena.
“Ninkoraġġihom jagħmlu progress definittiv fuq il-proposta tal-Kummissjoni dwar il-VAT.”
Huwa saħaq biex ċertu regoli jibdew jgħaddu b’maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill tal-UE biex jitħaffef il-proċess tad-deċiżjonijiet.

L-ISTABILITA’ TAL-EWRO TIDDEPENDI MILL-ITALJA
Read More

X’SE JMISSU GĦAWDEX MILL-BUDGET EWROPEW?
Read More

€147 BILJUN ANQAS MILL-VAT
Read More

“REFERENDUM INVALIDU FIL-MAĊEDONJA ” – IR-RUSSJA
Read More

IL-POLONJA GĦALL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA
Read More

30% TAL-ENERĠIJA MINN SORSI RINOVABBLI
Read More

GĦANDHOM JIGGARANTIXXU PENSJONIJIET SOSTENIBBLI
Read More

1 MINN 160 TIFEL U TIFLA B’SINJALI TA’ AWTIŻMU
Read More
Post a comment