Il-Kummissjoni ħabbret li b’mod urġenti se tirreferi l-liġi dwar il-Qorti Suprema li daħlet fis-seħħ fil-Polonja lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.
Din id-deċiżjoni ġiet diskussa fit-tul mill-Kummissjoni Ewropea iżda l-aħbar uffiċċjali ħarġet wara li l-President tal-Kummissjoni Jean Claude Juncker iltaqa’ mal-Prim Ministru Pollakk Mateusz Morawiecki fl-aħħar ta’ Settembru.
Il-Kummissjoni kkonkludiet li ma nbidel xejn fis-sitwazzjoni dwar is-saltna tad-dritt fil-Polonja. Il-Polonja daħħlet liġijiet dwar l-irtirar tal-ġudikanti u skont il-Kummissjoni jimminaw l-indipendenza tal-Ġudikatura.
Il-Kummissjoni qed titlob lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja biex tgħaġġel il-proċeduri kontra l-Polonja bl-għan li tinkiseb sentenza finali malajr. Il-Kummissjoni qed titlob it-twaqqif tal-proċess tal-ħatra ta’ mħallfin ġodda biex jieħdu post dawk fl-eta` tal-irtirar.
Il-leġiżlazzjoni Pollakka l-ġdida tnaqqas l-eta` tal-irtirar tal-imħallfin tal-Qorti Suprema minn 70 għal 65. Fid-29 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni nediet proċedura u rreferiet il-każ lill-Qorti tal-Ġustizzja fl-20 ta’ Diċembru 2017 bil-każ għadu pendenti.

L-ISTABILITA’ TAL-EWRO TIDDEPENDI MILL-ITALJA
Read More

X’SE JMISSU GĦAWDEX MILL-BUDGET EWROPEW?
Read More

€147 BILJUN ANQAS MILL-VAT
Read More

“REFERENDUM INVALIDU FIL-MAĊEDONJA ” – IR-RUSSJA
Read More

IL-POLONJA GĦALL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA
Read More

30% TAL-ENERĠIJA MINN SORSI RINOVABBLI
Read More

GĦANDHOM JIGGARANTIXXU PENSJONIJIET SOSTENIBBLI
Read More

1 MINN 160 TIFEL U TIFLA B’SINJALI TA’ AWTIŻMU
Read More
Post a comment