Ir-Russja qalet li n-nuqqas ta’ interess fir-Referendum minn nies tal-Maċedonja tagħmlu invalidu u tfisser li din id-deċiżjoni se tkun sfurzata fuq iċ-ċittadini ta’ dan il-pajjiż.
Fir-referendum tal-Ħadd li għadda aktar minn 91% tal-votanti kienu favur it-tibdil fl-isem tal-pajjiż biex jintemm il-battibekk mal-Greċja, u biex dan il-pajjiż jibda t-triq għas-sħubija fin-NATO u fl-Unjoni Ewropea. Iżda bir-referendum inqala’ tħassib kbir hekk kif anqas minn 37% tal-popolazzjoni ħarġet tivvota, persentaġġ ferm inqas mill-50% li kien hemm bżonn biex ir-referendum jitqies bħala legalment validu.
Ir-referendum kien ibbojkotjat mill-opponenti tal-Prim Ministru Zaev li fost oħrajn xtaq iwaqqaf l-influwenza Russa fil-Balkani u jkun aktar viċin il-mexxejja politiċi tal-Punent. Il-politikanti tal-partiti l-oħra kollha interpretaw ir-riżultat favur tagħhom. Il-pajjiż, ta’ 2.1 miljun ruħ se jiddeċiedi fil-Parlament, fejn biex jgħaddi tibdil fil-kostituzzjoni jeħtieġ il-qbil minn żewġ-terzi tal-kamra.
Kollox inċert hekk kif anki l-Parlament Grieg irid jaqbel mal-isem il-ġdid tal-Maċedonja minħabba raġunijiet territorjali. Il-Greċja fil-passat użat il-veto kontra s-sħubija tal-Maċedonja fin-Nato u l-UE.
Il-Prim Ministru Zaev qal li l-vot kien finali u li r-rieda taċ-ċittadini għandha tkun irrispettata. L-UE qalet li l-vot kien suċċess u ħeġġet lil Parlament tal-Maċedonja jimplimenta l-ftehim mal-Greċja. Il-Kummissjoni Ewropea qalet li r-referendum kellu ‘appoġġ wiesa’. Iżda politiċi oħra qalu li l-ftehim ma għaddhiex għax dawk li ma vvutawx jew ivvotaw le għamlu ħoss akbar.

L-ISTABILITA’ TAL-EWRO TIDDEPENDI MILL-ITALJA
Read More

X’SE JMISSU GĦAWDEX MILL-BUDGET EWROPEW?
Read More

€147 BILJUN ANQAS MILL-VAT
Read More

“REFERENDUM INVALIDU FIL-MAĊEDONJA ” – IR-RUSSJA
Read More

IL-POLONJA GĦALL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA
Read More

30% TAL-ENERĠIJA MINN SORSI RINOVABBLI
Read More

GĦANDHOM JIGGARANTIXXU PENSJONIJIET SOSTENIBBLI
Read More

1 MINN 160 TIFEL U TIFLA B’SINJALI TA’ AWTIŻMU
Read More
Post a comment