Pierre Moscovici, Il-Kummissarju tal-Ekonomija u l-Affarijiet Finanzjarji Pierre Moscovici iddeskriva l-inugwaljanzi bejn l-istati membri tal-UE bħala “fenomenu inkwetanti”. Moscovici qal li ż-żona ewro qed tfieq mill-kriżi ta’ 2008 b’rata kajmana ħafna. Ir-rata tal-qgħad, speċjalment fost iż-żgħażagħ, għadha għolja wisq. Id-diverġenzi bejn stat u ieħor qed jiżdiedu u dan huwa xkiel għal fejqan ekonomiku. Il-Kummissarju saħaq li r-regoli ekonomiċi tal-UE huma importanti ħafna u għandhom ikunu applikati b’mod konsistenti, imma b’intelliġenza. Moscovici jemmen f’Ewropa dinamika mhux waħda li tissanzjona u tippenalizza.
Fl-2016 Spanja u l-Portugall iffrankaw penali talli ma osservawx ir-regoli tal-Patt ta’ Tkabbir u Stabilita` tal-UE. F’Diċembru li għadda Spanja ppreżentat baġit revedut biex jitnaqqas id-defiċit tal-pajjiż. Fil-baġit issemmew l-introduzzjoni ta’ taxxi ambjentali li għandhom irendu lill-gvern €7.5 biljun u tnaqqis fl-ispiża pubblika ta’ aktar minn €900 miljun.
IL-LEMIN JGĦOLLI RASU
Read MoreBREXIT: €10 BILJUN ANQAS FIS-SENA GĦALL-UE
Read MoreIL-PRESIDENZA MALTIJA TAT DIMENSJONI MEDITERRANJA LILL-UE
Read MoreIL-MEDITERRAN U L-LIBJA DISKUSSI F’MALTA
Read MoreFENOMENU INKWETANTI
Read MoreAKTAR GASS RUSSU FL-EWROPA
Read MorePRIJORITA` LILL-ĦADDIEMA AWTRIJAĊI
Read MoreFAVUR ID-DRITTIJIET SOĊJALI TAL-ĦADDIEMA
Read More
Post a comment