Alfred Sant, Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew qal li huwa fatt pożittiv li l-Presidenza Maltija tat dimensjoni Mediterranja lill-Unjoni Ewropea. Dr Sant tkellem wara l-indirizz tal-Prim Ministru Malti Joseph Muscat fuq il-prijoritajiet ta’ Malta għas-sitt xhur ta’ Presidenza  tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Hu qal li fost l-għanijiet li l-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea poġġiet għall-ħidma tagħha, jistħoqqlu kull merħba l-għan li tingħata importanza lid-dimensjoni Mediterranea tal-Ewropa. Dan l-aħħar, il-Mediterran spiċċa mrekken l-aktar f’referenzi li jippreżentawh bħala teatru għal traġedji dwar l-immigrazzjoni. Il-Mediterran xorta baqa’ ż-żona viċina li l-Unjoni Ewropea taqsam ma’ stati b’interessi li – fuq medda tat-tul u għal żmien medju – eventwalment se jikkonverġu mal-interessi tal-Unjoni.

“Huma interessi li jkopru oqsma ekonomiċi, politiċi, soċjali, kulturali, kif ukoll ta’ sigurtà. L-Unjoni Ewropea messha terġa’ tagħti priorità sħiħa lill-ħtieġa li l-koperazzjoni f’dawn l-oqsma tinbena bla waqfien, b’koerenza u b’sens ta’ sħubija. Waqt li l-Unjoni Ewropea tagħmel hekk, se jkun kruċjali li ma tagħtix l-impressjoni, li għandha xi għan favur aġenda mfassla biex iġġib bidla fil-gvernijiet. Jew li qed tipprova tirxoxta mill-imgħoddi, ix-xenarji ta’ esplojtazzjoni.

Hu minnu li l-koperazzjoni bejn l-inħawi kollha tal-Mediterran setgħet tiżviluppa aħjar kieku kellna lkoll istituzzjonijiet li jikkonverġu… kif nixtiequ lkoll, lejn id-demokrazija…  Imma dawn l-iżviluppi jridu jiġru bl-inizjattiva li l-popli konċernati jassumu u jwettqu b’mod ħieles. Jekk ma jiġrux, jew jekk jieħdu għamliet differenti minn dawk li l-Ewropa żviluppat, xorta waħda jibqa’ fl-interess tagħna lkoll li nassiguraw għall-Ewropa, politika Mediterranea proattiva u li tħares ’il quddiem.

L-Ewropej jikkommettu żball kbir jekk jipprovaw jagħżlu l-oqsma li jridu jiddiskutu dwarhom, skont l-aġendi tagħhom biss. Min-naħa l-oħra, l-Ewropa trid turi li fl-oqsma tas-sigurtà u tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, m’għandhiex għażla oħra ħlief li tkun ħarxa u soda. Lesta wkoll li taġixxi kontra kull min jagħtihom kenn u inkoraġġiment. Dan kollu jieħu s-sura ta’ proġett kumpless. Madankollu, jista’ jiftiehem ħażin, politikament u moralment. Dik tkun ħasra kbira.

Malta  għandha interess vestit – dak li tara lin-naħat kollha tal-Baħar l-Abjad itejbu l-qagħda tagħhom u jiżviluppaw, quddiem l-isfidi li jaffaċċjaw. Hi għandha l-vantaġġ li tinsab f’qagħda fejn ma jistax ikollha xi aġenda moħbija. Ir-rieda tajba tagħha ftit tista’ tiġi kontestata.   Dan għandu jrendi l-proposta tal-Gvern Malti biex jagħti profil akbar lill-affarijiet tal-Mediterran bħala punt ta’ tluq b’siwi kbir ħafna.

Anke jekk il-presidenza Maltija jirnexxielha tasal parti biss mit-triq meħtieġa biex tilħaq l-għanijiet li poġġiet quddiemha, il-ħidma bilfors titqies bħala sforz li tajjeb li twettaq.

 

Segwi d-diskors ta’ Dr Sant fuq din il-link:

https://www.youtube.com/watch?v=iNJhbj0B_BQ

IL-LEMIN JGĦOLLI RASU

Aktar minn 3,000 dimostrant inġabru f’Koblenz, fiċ-ċentru tal-Ġermanja nhar is-Sibt biex jipprotestaw kontra l-preżenza tal-mexxejja tal-lemin estrem mill-Ġermanja, Franza, l-Olanda u ...
Read More

BREXIT: €10 BILJUN ANQAS FIS-SENA GĦALL-UE

Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea se jħalli nuqqas ta’ €10 biljun ewro fis-sena fil-baġit Ewropew. Il-Prim Ministru Theresa May ħabbret ...
Read More

IL-PRESIDENZA MALTIJA TAT DIMENSJONI MEDITERRANJA LILL-UE

Alfred Sant, Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew qal li huwa fatt pożittiv li l-Presidenza Maltija tat dimensjoni Mediterranja lill-Unjoni Ewropea ...
Read More

IL-MEDITERRAN U L-LIBJA DISKUSSI F’MALTA

Fis-summit informali tal-mexxejja tal-UE, li se jsir f’pajjiżna fit-3 ta’ Frar, se jkunu diskussi l-Mediterran Ċentrali u l-Libja. Dan ikkonfermah ...
Read More

FENOMENU INKWETANTI

Pierre Moscovici, Il-Kummissarju tal-Ekonomija u l-Affarijiet Finanzjarji Pierre Moscovici iddeskriva l-inugwaljanzi bejn l-istati membri tal-UE bħala “fenomenu inkwetanti”. Moscovici qal ...
Read More

AKTAR GASS RUSSU FL-EWROPA

Il-Kumpanija tal-Gass Russa Gazprom esportat numru rekord ta’ gass lejn l-Ewropa u t-Turkija fl-2016, żjieda ta’ 12.5% fuq is-sena ta’ ...
Read More

PRIJORITA` LILL-ĦADDIEMA AWTRIJAĊI

Il-Prim Ministru Awstrijakk Christian Kern qal li l-ħaddiema Awstrijaċi se jkollhom id-dritt tal-prijorita` biex jidħlu f’impjieg. Ħaddiema minn stati membri ...
Read More

FAVUR ID-DRITTIJIET SOĊJALI TAL-ĦADDIEMA 

Il-Parlament Ewropew approva r-rapport ‘Il-Kolonni Ewropej għad-Drittijiet Soċjali’ li joħloq qafas għall-kundizzjonijiet diċenti fis-settur tal-impjiegi fil-pajjiżi taż-żona Ewro. Ir-rapport, immexxi ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment