Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew li r-regoli taż-żona ewro awtomatikament jagħtu vantaġġ lill-pajjiżi l-aktar b’saħħithom tal-UE bi skaptu tal-pajjiżi inqas b’saħħithom. Il-problema fundamentali taż-żona ewro hija n-nuqqas ta’ rieda politika li l-ewwel nett jingħarfu li qed jiżdiedu d-diverġenzi, imbagħad li dawn jiġu kkoreġuti bi ftehim politiku ġdid. Dr Sant qal dan waqt l-ispjega tal-vot tiegħu kontra r-rapport “Il-Futur tal-UE – Kapaċita` Baġitarja Għaż-Żona Ewro”. Ir-rapport ma għamel ebda riferenza favur rieda politika ġdida favur it-tneħħija tad-diverġenzi ekonomiċi eżistenti bejn iċ-ċentru tal-Ewropa u l-pajjiżi fil-periferija.

Il-problema fundamentali, qal Dr Sant, mhux il-qafas taż-żona ewro, anki jekk dan xorta waħda għandu jiġi kkunsidrat. Id-diverġenzi bejn il-pajjiżi l-kbar tal-Ewro u l-pajjiżi fil-periferija tal-Ewropa qed ikomplu jikbru minħabba żvilupp mgħaġġel wisq u strett tal-proġett tal-ewro. L-iżvilupp qed jirkeb fuq dahar is-‘soft power’ tal-Unjoni u ma jikkunsidrax l-impatt tal-globalizzazzjoni. Dr Sant qal li sitwazzjoni bħal din tista’ tiġi kkoreġuta biss b’azzjoni politika u mhux permezz ta’ regoli ġodda fis-sistema.

“Għandi kull rispett lejn il-kompetenzi u d-dedikazzjoni tar-‘rapporteurs’, iżda l-proposti tagħhom huma  politikament prematuri. Dawn se jservu biex iżidu d-diverġenzi u mhux biex inaqqsuhom. Qed inpoġġu l-karru qabel il-bhima. Ma nistax naqbel ma’ dan!.” qal Dr Sant.

Wara d-dibattitu dwar il-kapaċita` baġitarja għaż-żona ewro ttieħed vot li għadda b’340 vot favur, 255 kontra u 68 astenzjoni.

 

ILMA FUQ IL-ĠAMAR

Il-Viċi President Amerikan Mike Pence ipprova jserraħ moħħ Donald Tusk u Jean-Claude Juncker fi Brussell li l-Istati Uniti hija determinata ...
Read More

TKABBIR EKONOMIKU POŻITTIV FL-2017

It-tkabbir ekonomiku fil-pajjiżi taż-żona ewro kollha se jkun pożittiv fl-2017 għall-ewwel darba mill-kriżi tal-2008. Dan ħareġ mit-tbassir ekonomiku tal-Kummissjoni Ewropea ...
Read More

TRID TKUN IMĦARSA IS-SOVRANITA` TAL-ISTATI MEMBRI FIT-TASSAZZJONI

L-applikazzjoni tar-regoli tal-Għajnuna tal-Istat (State Aid Rules) tal-Unjoni Ewropea fil-politika tat-tassazzjoni tirbaħ fuq is-sovranita` li l-istati membri għad għandhom fit-tassazzjoni ...
Read More

IL-ĠERMANJA, L-ITALJA U FRANZA JRIDU PROTEZZJONI MILL-INVESTIMENT BARRANI

Il-Ġermanja, l-Italja u Franza jridu aktar protezzjoni f’setturi sensittivi f’pajjiżhom u li fihom qed jinvestu pajjiżi li mhumiex membri tal-UE ...
Read More

ID-DIVERĠENZI BEJN IL-KBAR U Ż-ŻGĦAR QED JIŻDIEDU

Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew li r-regoli taż-żona ewro awtomatikament jagħtu vantaġġ lill-pajjiżi l-aktar b’saħħithom tal-UE bi skaptu tal-pajjiżi inqas ...
Read More

ĦIDMA DIPLOMATIKA MAL-ALĠERIJA U MAL-MAROKK 

L-UE kienet f’ħidma diplomatika mal-Alġerija u l-Marokk biex issaħħaħ ir-relazzjonijiet bilaterali maż-żewġ pajjiżi tal-Magreb. Fit-13 ta’ Marzu se jiġi addottat ...
Read More

FAVUR FTUĦ TAN-NEGOZJATI TA’ SĦUBIJA GĦALL-ALBANIJA

Il-Parlament Ewropew b’546 vot favur, 85 kontra u 62 astensjoni, ta l-appoġġ tiegħu biex jibdew in-negozjati għas-sħubija tal-Albanija fl-UE, bil-kundizzjoni ...
Read More

AKTAR MINN SENTEJN GĦAD-DIVORZJU MAR-RENJU UNIT

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker qal li probabbilment hemm bżonn aktar minn sentejn għal qbil dwar il-miżuri li trid tieħu ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment