Il-Viċi President Amerikan Mike Pence ipprova jserraħ moħħ Donald Tusk u Jean-Claude Juncker fi Brussell li l-Istati Uniti hija determinata li tkompli tibni fuq il-kooperazzjoni u s-sħubija li teżisti bejn pajjiżu u l-UE. “Huma xinhuma d-differenzi bejnietna nemmnu li s-sħubija tagħna se tibqa’ u se tiżdied waqt li nħarsu lejn il-futur flimkien,” Pence qal lil Tusk b’ton rikonċiljatorju li jikkuntrasta mal-entużjażmu li wera Trump għad-deċiżjoni tar-Renju Unit li titlaq mill-UE.

“L-Istati Uniti tappoġġja l-ħsieb ta’ Ewropa magħquda. Irridu nkunu b’saħħitna u magħqudin fuq is-sigurta` u l-istabbilta` fl-Ewropa. Irridu nikkumbattu flimkien it-terroriżmu radikali Iżlamiku. Irridu naqsmu l-informazzjoni mal-istati membri tal-UE u man-NATO.” qal Pence meta ftit ġranet qabel il-President Amerikan Trump kien iddeskriva n-NATO bħala ‘skaduta’.

Pence saħaq li r-Russja trid tonora t-trattat ta’ Minsk, waqt li qal li pajjiżu se jfittex mogħdija ġdida għal skop komuni mar-Russja.

“L-ekonomiji tagħna huma l-aktar importanti fid-dinja. Hemm bżonn għażliet diffiċi biex insaħħu l-vitalita` tagħhom”, qal Pence mingħajr ma rrefera għan-negozjati tat-TTIP.

Ħafna interpretaw id-diskors ta’ Pence bħala tfigħ ta’ ilma fuq il-ġamar li beda jinġema bejn iż-żewġ blokki wara l-bidla fl-Amministrazzjoni Amerikana. Trump ma jidhirx interessat li jikkonkludi ftehimiet ta’ kummerċ. Laqa’ bil-ferħ il-‘Brexit’ u qal li aktar pajjiżi kienu se jitilqu mill-UE li huwa iddeskriva bħala ‘magna għall-Ġermanja.’

 

ILMA FUQ IL-ĠAMAR

Il-Viċi President Amerikan Mike Pence ipprova jserraħ moħħ Donald Tusk u Jean-Claude Juncker fi Brussell li l-Istati Uniti hija determinata ...
Read More

TKABBIR EKONOMIKU POŻITTIV FL-2017

It-tkabbir ekonomiku fil-pajjiżi taż-żona ewro kollha se jkun pożittiv fl-2017 għall-ewwel darba mill-kriżi tal-2008. Dan ħareġ mit-tbassir ekonomiku tal-Kummissjoni Ewropea ...
Read More

TRID TKUN IMĦARSA IS-SOVRANITA` TAL-ISTATI MEMBRI FIT-TASSAZZJONI

L-applikazzjoni tar-regoli tal-Għajnuna tal-Istat (State Aid Rules) tal-Unjoni Ewropea fil-politika tat-tassazzjoni tirbaħ fuq is-sovranita` li l-istati membri għad għandhom fit-tassazzjoni ...
Read More

IL-ĠERMANJA, L-ITALJA U FRANZA JRIDU PROTEZZJONI MILL-INVESTIMENT BARRANI

Il-Ġermanja, l-Italja u Franza jridu aktar protezzjoni f’setturi sensittivi f’pajjiżhom u li fihom qed jinvestu pajjiżi li mhumiex membri tal-UE ...
Read More

ID-DIVERĠENZI BEJN IL-KBAR U Ż-ŻGĦAR QED JIŻDIEDU

Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew li r-regoli taż-żona ewro awtomatikament jagħtu vantaġġ lill-pajjiżi l-aktar b’saħħithom tal-UE bi skaptu tal-pajjiżi inqas ...
Read More

ĦIDMA DIPLOMATIKA MAL-ALĠERIJA U MAL-MAROKK 

L-UE kienet f’ħidma diplomatika mal-Alġerija u l-Marokk biex issaħħaħ ir-relazzjonijiet bilaterali maż-żewġ pajjiżi tal-Magreb. Fit-13 ta’ Marzu se jiġi addottat ...
Read More

FAVUR FTUĦ TAN-NEGOZJATI TA’ SĦUBIJA GĦALL-ALBANIJA

Il-Parlament Ewropew b’546 vot favur, 85 kontra u 62 astensjoni, ta l-appoġġ tiegħu biex jibdew in-negozjati għas-sħubija tal-Albanija fl-UE, bil-kundizzjoni ...
Read More

AKTAR MINN SENTEJN GĦAD-DIVORZJU MAR-RENJU UNIT

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker qal li probabbilment hemm bżonn aktar minn sentejn għal qbil dwar il-miżuri li trid tieħu ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment