Il-Ġermanja, l-Italja u Franza jridu aktar protezzjoni f’setturi sensittivi f’pajjiżhom u li fihom qed jinvestu pajjiżi li mhumiex membri tal-UE. F’ittra indirizzata lil Kummissarju tal-Kummerċ Cecilia Malmstrom, il-Ministru tal-Ekonomija Ġermaniża Brigitte Zypries u l-Ministri tal-Ekonomija Franċiż u Taljan – Michel Sapin u Carlo Calenda talbu aktar protezzjoni f’setturi sensittivi b’detriment għall-investimenti ta’ pajjiżi terzi, speċjalment jekk dawn ma jirreċiprokawx u joffru aktar aċċessi fis-swieq tagħhom.

“Fl-aħħar snin, investituri mhux Ewropej, minħabba raġunijiet strateġiċi, ħadu ħafna kumpaniji Ewropej ta’ kompetenza teknoloġika. Fl-istess ħin, investituri Ewropej ma għandhomx l-istess drittijiet fil-pajjiżi rispettivi tagħhom daqs l-investituri li mhux Ewropej fil-kuntest tal-UE.” qalu t-tliet ministri.

“Aħna inkwetati minħabba n-nuqqas ta’ reċiprożita` u minħabba n-nuqqas ta’ għodda biex niġġieldu dan il-bejgħ tal-kompetenzi Ewropej.”

It-tliet pajjiżi qed jitolbu reċiprożita` biex jawtorizzaw investiment barrani fl-UE minn pajjiżi li l-aċċess għas-suq tagħhom huwa limitat.

Il-Kummissarju Malmstrom qalet li lesta għal djalogu. Il-Kummissjoni qalet li l-ideat tal-Ġermanja, Franza u l-Italja se jkunu diskussi imma kull inizjattiva fuq livell Ewropew trid tkun kompatibbli mat-trattati u mal-wegħdiet internazzjonali li l-Unjoni ntrabtet magħhom.

 

ILMA FUQ IL-ĠAMAR

Il-Viċi President Amerikan Mike Pence ipprova jserraħ moħħ Donald Tusk u Jean-Claude Juncker fi Brussell li l-Istati Uniti hija determinata ...
Read More

TKABBIR EKONOMIKU POŻITTIV FL-2017

It-tkabbir ekonomiku fil-pajjiżi taż-żona ewro kollha se jkun pożittiv fl-2017 għall-ewwel darba mill-kriżi tal-2008. Dan ħareġ mit-tbassir ekonomiku tal-Kummissjoni Ewropea ...
Read More

TRID TKUN IMĦARSA IS-SOVRANITA` TAL-ISTATI MEMBRI FIT-TASSAZZJONI

L-applikazzjoni tar-regoli tal-Għajnuna tal-Istat (State Aid Rules) tal-Unjoni Ewropea fil-politika tat-tassazzjoni tirbaħ fuq is-sovranita` li l-istati membri għad għandhom fit-tassazzjoni ...
Read More

IL-ĠERMANJA, L-ITALJA U FRANZA JRIDU PROTEZZJONI MILL-INVESTIMENT BARRANI

Il-Ġermanja, l-Italja u Franza jridu aktar protezzjoni f’setturi sensittivi f’pajjiżhom u li fihom qed jinvestu pajjiżi li mhumiex membri tal-UE ...
Read More

ID-DIVERĠENZI BEJN IL-KBAR U Ż-ŻGĦAR QED JIŻDIEDU

Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew li r-regoli taż-żona ewro awtomatikament jagħtu vantaġġ lill-pajjiżi l-aktar b’saħħithom tal-UE bi skaptu tal-pajjiżi inqas ...
Read More

ĦIDMA DIPLOMATIKA MAL-ALĠERIJA U MAL-MAROKK 

L-UE kienet f’ħidma diplomatika mal-Alġerija u l-Marokk biex issaħħaħ ir-relazzjonijiet bilaterali maż-żewġ pajjiżi tal-Magreb. Fit-13 ta’ Marzu se jiġi addottat ...
Read More

FAVUR FTUĦ TAN-NEGOZJATI TA’ SĦUBIJA GĦALL-ALBANIJA

Il-Parlament Ewropew b’546 vot favur, 85 kontra u 62 astensjoni, ta l-appoġġ tiegħu biex jibdew in-negozjati għas-sħubija tal-Albanija fl-UE, bil-kundizzjoni ...
Read More

AKTAR MINN SENTEJN GĦAD-DIVORZJU MAR-RENJU UNIT

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker qal li probabbilment hemm bżonn aktar minn sentejn għal qbil dwar il-miżuri li trid tieħu ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment