Il-Parlament Brittaniku se jkun qiegħed jiddeċiedi dwar il-ftehim li ntlaħaq dwar id-divorzju tad-29 ta’ Marzu 2019 f’nofs ix-xahar id-dieħel, aktarx fil-11 ta’ Diċembru, qabel jiltaqa’ l-Kunsill Ewropew.

Il-PM Theresa May qalet li dan kien l-aħjar ftehim li setgħet tikseb għal pajjiżha biex timplimenta x-xewqa tal-poplu Brittaniku li joħroġ mill-UE. May warrbet l-ispekulazzjoni tat-tieni Referendum.

“Sodisfatti li qbilna, imma hija ġurnata ta’ dieqa. Nittama li l-Parlament Brittaniku jifhem li dan il-ftehim isir biss possibbli meta jivvota dwaru”, qal il-President tal-KE Jean-Claude Juncker.

Suġġetti kontroversjali bħad-drittijiet għaċ-ċittadini, l-impenn finanzjarju tar-Renju Unit lill-Budget Ewropew, il-kwistjoni dwar il-fruntiera bejn l-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq, id-dikjarazzjoni politika dwar ir-relazzjonijiet futuri ekonomiċi u strateġiċi ġew addottati f’nofs siegħa.

Il-mexxejja Ewropej ma tkellmux dwar ‘Pjan B’ f’każ li dal-ftehim ma jkunx approvat mill-Parlament Brittaniku.

Iżda l-President Franċiż Macron qal li jekk il-ftehim ma jgħaddix mill-Parlament Brittaniku, irid ikun ir-Renju Unit li joħroġ b’alternattivi.

Il-Parlament Ewropew mistenni jivvota fuq il-ftehim lejn Jannar jew Frar 2019.

TISSAĦĦAĦ IL-PARTNERSHIP BEJN L-IŻVIZZERA U L-UE

L-Iżvizzera u l-UE għaddejjin b'diskussjonijiet biex ikomplu jsaħħu r-relazzjonijiet bilaterali f'oqsma ġodda, l-aktar fil-qasam tal-enerġija, saħħa pubblika, l-agrikoltura u drittijiet ...
Read More

IL-HOUSE OF COMMONS TIDDEĊIEDI FIL-11 TA’ DIĊEMBRU   

Il-Parlament Brittaniku se jkun qiegħed jiddeċiedi dwar il-ftehim li ntlaħaq dwar id-divorzju tad-29 ta' Marzu 2019 f'nofs ix-xahar id-dieħel, aktarx ...
Read More

‘NO COMMENT’

Kelliem għal Kummissjoni Ewropea u Kummissarju Ewropew għal Ġustizzja Vera Jourova għażlet li ma tikkummentax wara li Alfred Sant iddikjara ...
Read More

PROĊEDURI KONTRA L-ITALJA

Il-Kummissjoni Ewropea fetħet proċeduri dixxiplinari kontra l-Italja wara li l-Gvern Taljan irrifjuta li jippreżenta abbozz tal-baġit li jaqbel mar-regoli tal-UE ...
Read More

GRUEVSKI PROTETT FL-UNGERIJA

Nikola Gruevski, Ex-Prim Ministru tal-Maċedonja ikkundannat b’reati ta’ korruzzjoni f’pajjiżu, qed jingħata ażil politiku fl-Ungerija. Il-Kummissjoni Ewropea qed titlob spjegazzjoni ...
Read More

‘OPERAZZJONI SOPHIA’  FIL-PERIKLU

Ir-Rappreżentanta Għolja tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini qed titfa’ pressjoni fuq il-pajjiżi tal-UE biex isibu soluzzjoni fuq il-kwistjoni tal-inżul fil-portijiet ...
Read More

L-EBDA FTEHIM DWAR TAXXI GĦAS-SUQ DIĠITALI

Il-Kummissarju Ewropew għat-Tassazzjoni Pierre Moscovici qal li huwa improbabbli li jintlaħaq qbil dwar it-tassazzjoni għas-suq diġitali bejn il-kapijiet tal-pajjiżi tal-UE ...
Read More

BENEFIĊĊJI SOĊJALI GĦAR-REFUĠJATI KOLLHA

Ir-refuġjati huma intitolati għal benefiċċji soċjali ugwali, kemm jekk ikollhom permess ta' residenza permanenti u kemm jekk il-permess tagħhom ikun ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment