Il-Kummissjoni Ewropea fetħet proċeduri dixxiplinari kontra l-Italja wara li l-Gvern Taljan irrifjuta li jippreżenta abbozz tal-baġit li jaqbel mar-regoli tal-UE. Il-Kummissjoni qalet li l-baġit Taljan, li jżid id-defiċit għal 2.4% fl-2019 tal-PGD mill-1.8% ta’ din is-sena,  iqanqal tħassib għal fatt li d-dejn pubbliku tal-Italja, li jaqbeż il-130% tal-PGD mhux se jitnaqqas.

L-Italja, it-tielet l-akbar ekonomija tal-Ewropa, għandha it-tieni l-ogħla dejn taż-żona ewro wara l-Greċja.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Valdis Dombrovskis qal li l-baġit Taljan ma għandux miżuri sinifikattivi li jagħtu spinta lit-tkabbir ekonomiku.

“B’dak li ppreżenta l-Gvern Taljan qed naraw ir-riskju li l-pajjiż se jimxi lejn l-instabilita`”.

Il-Kummissjoni Ewropea li għandha l-awtorita` tagħti ġudizzju dwar il-pjanijiet tal-baġit tal-pajjiżi irriġettat il-baġit Taljan darbtejn.

L-Italja għandha sa sitt xhur biex turi lil UE li qed tnaqqas id-dejn tagħha, biex tevita li tiġi mmultata.

Id-Deputat Prim Ministru Matteo Salvini qal li lest jemenda l-baġit iżda l-prinċipji prinċipali tiegħu se jibqgħu l-istess. Salvini talab lil Brussell biex “tirrispetta lit-Taljani”, u sostna li l-Italja tikkontribwixxi €5 biljuni aktar minn dak li tirċievi lura mill-UE.

Salvini qal li lest jikkonfronta lil President tal-Kummissjoni Juncker, lil Kummissarju tal-Finanzi Ewropej Moscovici jew kwalunkwe uffiċjal ieħor biex jiddefendi l-proposti tal-gvern tiegħu.

TISSAĦĦAĦ IL-PARTNERSHIP BEJN L-IŻVIZZERA U L-UE

L-Iżvizzera u l-UE għaddejjin b'diskussjonijiet biex ikomplu jsaħħu r-relazzjonijiet bilaterali f'oqsma ġodda, l-aktar fil-qasam tal-enerġija, saħħa pubblika, l-agrikoltura u drittijiet ...
Read More

IL-HOUSE OF COMMONS TIDDEĊIEDI FIL-11 TA’ DIĊEMBRU   

Il-Parlament Brittaniku se jkun qiegħed jiddeċiedi dwar il-ftehim li ntlaħaq dwar id-divorzju tad-29 ta' Marzu 2019 f'nofs ix-xahar id-dieħel, aktarx ...
Read More

‘NO COMMENT’

Kelliem għal Kummissjoni Ewropea u Kummissarju Ewropew għal Ġustizzja Vera Jourova għażlet li ma tikkummentax wara li Alfred Sant iddikjara ...
Read More

PROĊEDURI KONTRA L-ITALJA

Il-Kummissjoni Ewropea fetħet proċeduri dixxiplinari kontra l-Italja wara li l-Gvern Taljan irrifjuta li jippreżenta abbozz tal-baġit li jaqbel mar-regoli tal-UE ...
Read More

GRUEVSKI PROTETT FL-UNGERIJA

Nikola Gruevski, Ex-Prim Ministru tal-Maċedonja ikkundannat b’reati ta’ korruzzjoni f’pajjiżu, qed jingħata ażil politiku fl-Ungerija. Il-Kummissjoni Ewropea qed titlob spjegazzjoni ...
Read More

‘OPERAZZJONI SOPHIA’  FIL-PERIKLU

Ir-Rappreżentanta Għolja tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini qed titfa’ pressjoni fuq il-pajjiżi tal-UE biex isibu soluzzjoni fuq il-kwistjoni tal-inżul fil-portijiet ...
Read More

L-EBDA FTEHIM DWAR TAXXI GĦAS-SUQ DIĠITALI

Il-Kummissarju Ewropew għat-Tassazzjoni Pierre Moscovici qal li huwa improbabbli li jintlaħaq qbil dwar it-tassazzjoni għas-suq diġitali bejn il-kapijiet tal-pajjiżi tal-UE ...
Read More

BENEFIĊĊJI SOĊJALI GĦAR-REFUĠJATI KOLLHA

Ir-refuġjati huma intitolati għal benefiċċji soċjali ugwali, kemm jekk ikollhom permess ta' residenza permanenti u kemm jekk il-permess tagħhom ikun ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment