Il-Presidenza Maltija fil-Kunsill tal-Ewropa se tiffoka fuq il-kwistjonijiet marbuta mal-Mediterran qal il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Malti George Vella. Malta se tipprova tiġbed l-attenzjoni tal-Unjoni fuq il-problemi tal-Mediterran bħall-immigrazzjoni, it-tibdil fil-klima u strateġija għat-tkabbir sostenibbli tal-ibħra.  Malta se tistieden lill-istati membri ġirien tagħha fl-Ewropa u l-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq biex jiddiskutu suġġetti ta’ interess komuni bħall-aspirazzjonijiet taż-żgħażagħ fir-reġjun tal-Mediterran.

Il-Kummissarju Għoli tal-Affarijiet Barranin tal-UE qalet li kuntenta li l-Mediterran se jkun fiċ-ċentru tal-Presidenza Maltija. Mogherini qalet li l-Mediterran huwa baħar Ewropew, iżda huwa baħar li fuq kollox jgħaqqad żewġ kontinenti. Il-Presidenza Maltija tipprovdi l-opportunita` biex is-Sud tal-Ewropa jiddiskuti mhux biss l-immigrazzjoni iżda wkoll l-investiment u t-tkabbir għal din iż-żona.

MIKROBU LI QED IKOMPLI JINFIREX

L-Unjoni Ewropea tinsab anzjuża biex il-President il-ġdid Amerikan iserrħilha rasha dwar ir-rimarki li għamel fil-kampanja elettorali. F’ittra konġunta Donald Tusk, ...
Read More

BREXIT M’GĦANDUX IWASSAL GĦAL STAT FEDERALI

It-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea m’għandux jintuża bħala opportunita` biex l-Unjoni Ewropea tersaq lejn stat federali. Minkejja l-iskuntentizza dejjem tinfirex ...
Read More

BARROSO MA KISIRX REGOLI TAL-ETIKA

Barroso ma kisirx l-integrita` u r-regoli tal-kodiċi tal-etika meta aċċetta impjieg kontroversjali mal-Bank ta’ Investiment Goldman Sachs. Hekk iddeċieda il-Kumitat ...
Read More

IL-FTEHIM MAL-KANADA MISTENNI JIDĦOL FIS-SEĦĦ

Il-ftehim tal-Unjoni Ewropea mal-Kanada, magħruf bħala CETA, mistenni jidħol fis-seħħ b’mod proviżorju wara li jkun approvat mill-Parlament Ewropew, probabbli f’Diċembru ...
Read More

IĊ-ĊINA U R-RUSSJA MĦASSBIN DWAR L-AZZAR 

Iċ-Ċina u r-Russja mħassbin dwar l-investigazzjonijiet tal-UE dwar l-azzar importat. Ir-Russja qalet li l-UE qed timponi dazju eċċessiv fuq l-azzar ...
Read More

119 MILJUN RUĦ F’RISKJU TA’ FAQAR FL-EWROPA

In-numru ta’ nies li qegħdin f’riskju ta’ faqar fl-UE naqas u reġa’ niżel għal-livelli ta’ qabel il-kriżi finanzjarja tal-2008. Mill-2009 ...
Read More

L-ITALJA TAĦT IL-PIŻ TAL-IMMIGRANTI U T-TERREMOTI

L-Italja fl-2017 se tonfoq bejn €6.6 u €7 biljun ewro minħabba t-terremoti u l-kriżi tal-immigrazzjoni. Dan qalu l-Ministru tal-Finanzi Taljan ...
Read More

IL-MEDITERRAN PRIJORITA` GĦALL-PRESIDENZA MALTIJA

Il-Presidenza Maltija fil-Kunsill tal-Ewropa se tiffoka fuq il-kwistjonijiet marbuta mal-Mediterran qal il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Malti George Vella. Malta se tipprova ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment