L-Italja fl-2017 se tonfoq bejn €6.6 u €7 biljun ewro minħabba t-terremoti u l-kriżi tal-immigrazzjoni. Dan qalu l-Ministru tal-Finanzi Taljan Pier Carlo Padoan wara talba mill-Kummissjoni biex jiċċara l-figuri fl-abbozz tad-dokument tal-baġit.

L-Italja ma tixtieqx tnaqqas b’ħafna d-defiċit tagħha minħabba d-diffikultajiet tal-immigrazzjoni u l-effetti diżastrużi tat-terremoti li laqtu l-pajjiż. Il-pożizzjoni tal-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi wkoll tinsab f’pożizzjoni diffiċli hekk kif il-futur tiegħu jiddependi minn referendum kostituzzjonali f’Diċembru li ġej.

Is-sena d-dieħla l-Italja se tonfoq €2.8 biljun fir-rikostruzzjoni. Numru sostanzjali ta’ skejjel fl-Italja ġarrbu ħsarat strutturali.

L-Italja saħqet dwar ir-rwol tagħha li tipproteġi l-fruntieri esterni tal-UE u t-twettiq tal-obbligazzjonijiet umanitarji tal-Unjoni li ssalva l-ħajja tal-immigranti fuq il-baħar. In-numru ta’ immigranti li waslu l-Italja fl-2016 huwa akbar mill-influss li wasal fir-Rebbiegħa Għarbija fl-2011-2012. In-nefqa għal operazzjonijiet ta’ salvataġġ, kura medika, housing u edukazzjoni għal aktar minn 20, 000 tifel u tifla taħt l-eta` u mhux akkompanjati hija stmata li tlaħħaq it-€3.3 biljun fl-2016 u €3.8 biljun fl-2017. Jekk l-għadd ta’ immigranti jibqa’ jiżdied bir-rata attwali, l-ispiża tiżdied għal €4.2 biljun.

MIKROBU LI QED IKOMPLI JINFIREX

L-Unjoni Ewropea tinsab anzjuża biex il-President il-ġdid Amerikan iserrħilha rasha dwar ir-rimarki li għamel fil-kampanja elettorali. F’ittra konġunta Donald Tusk, ...
Read More

BREXIT M’GĦANDUX IWASSAL GĦAL STAT FEDERALI

It-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea m’għandux jintuża bħala opportunita` biex l-Unjoni Ewropea tersaq lejn stat federali. Minkejja l-iskuntentizza dejjem tinfirex ...
Read More

BARROSO MA KISIRX REGOLI TAL-ETIKA

Barroso ma kisirx l-integrita` u r-regoli tal-kodiċi tal-etika meta aċċetta impjieg kontroversjali mal-Bank ta’ Investiment Goldman Sachs. Hekk iddeċieda il-Kumitat ...
Read More

IL-FTEHIM MAL-KANADA MISTENNI JIDĦOL FIS-SEĦĦ

Il-ftehim tal-Unjoni Ewropea mal-Kanada, magħruf bħala CETA, mistenni jidħol fis-seħħ b’mod proviżorju wara li jkun approvat mill-Parlament Ewropew, probabbli f’Diċembru ...
Read More

IĊ-ĊINA U R-RUSSJA MĦASSBIN DWAR L-AZZAR 

Iċ-Ċina u r-Russja mħassbin dwar l-investigazzjonijiet tal-UE dwar l-azzar importat. Ir-Russja qalet li l-UE qed timponi dazju eċċessiv fuq l-azzar ...
Read More

119 MILJUN RUĦ F’RISKJU TA’ FAQAR FL-EWROPA

In-numru ta’ nies li qegħdin f’riskju ta’ faqar fl-UE naqas u reġa’ niżel għal-livelli ta’ qabel il-kriżi finanzjarja tal-2008. Mill-2009 ...
Read More

L-ITALJA TAĦT IL-PIŻ TAL-IMMIGRANTI U T-TERREMOTI

L-Italja fl-2017 se tonfoq bejn €6.6 u €7 biljun ewro minħabba t-terremoti u l-kriżi tal-immigrazzjoni. Dan qalu l-Ministru tal-Finanzi Taljan ...
Read More

IL-MEDITERRAN PRIJORITA` GĦALL-PRESIDENZA MALTIJA

Il-Presidenza Maltija fil-Kunsill tal-Ewropa se tiffoka fuq il-kwistjonijiet marbuta mal-Mediterran qal il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Malti George Vella. Malta se tipprova ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment