L-Unjoni Ewropea tinsab anzjuża biex il-President il-ġdid Amerikan iserrħilha rasha dwar ir-rimarki li għamel fil-kampanja elettorali. F’ittra konġunta Donald Tusk, President tal-Kunsill Ewropew u Jean-Claude Juncker, President tal-Kummissjoni Ewropea ferħu lil Trump u stidnuh jaqsam l-Atlantiku għal Summit urġenti bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea fl-ewwel opportunita` li jsib.

Tusk u Juncker qalu lil Trump li huwa importanti, aktar minn qabel, li jissaħħu r-relazzjonijiet transatlantiċi. Fuq quddiem tal-aġenda jixtiequ jiddiskutu l-isfidi tat-terroriżmu, l-integrita` territorjali tal-Ukraina, il-bidla fil-klima u l-immigrazzjoni.

Tusk għamilha ċara li r-rebħa ta’ Trump kabbret l-inċertezza fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati Uniti.  “Għandna naħdmu flimkien imma jeħtieġ sforz qawwi miż-żewġ naħat”, saħaq Tusk.

Federica Mogherini, Kelliema għall-Affarijiet Barranin tal-UE, kienet aktar diplomatika u qalet li r-rabtiet bejn iż-żewġ naħat huma aktar fil-fond minn kull bidla fil-politika.

Martin Schultz, President tal-Parlament Ewropew, qal li l-vot Amerikan kien vot ta’ protesta simili għal dak tal-BREXIT.

Ir-rebħa ta’ Trump mistennija tagħti aktar riħ lill-movimenti estremisti tal-lemin u tax-xellug li qed jaħdmu kontra l-partiti stabbiliti u tradizzjonali fl-Ewropa. Diġa` nfirxu fl-Olanda, Franza, l-Awstrija, id-Danimarka, l-Italja u l-Ġermanja. Gianni Pittella laqat il-musmar fuq rasu meta f’isem is-Soċjalisti u Demokratiċi Ewropej iddeskriva dan il-fenomenu bħala mikrobu li qed ikompli jinfirex.

MIKROBU LI QED IKOMPLI JINFIREX

L-Unjoni Ewropea tinsab anzjuża biex il-President il-ġdid Amerikan iserrħilha rasha dwar ir-rimarki li għamel fil-kampanja elettorali. F’ittra konġunta Donald Tusk, ...
Read More

BREXIT M’GĦANDUX IWASSAL GĦAL STAT FEDERALI

It-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea m’għandux jintuża bħala opportunita` biex l-Unjoni Ewropea tersaq lejn stat federali. Minkejja l-iskuntentizza dejjem tinfirex ...
Read More

BARROSO MA KISIRX REGOLI TAL-ETIKA

Barroso ma kisirx l-integrita` u r-regoli tal-kodiċi tal-etika meta aċċetta impjieg kontroversjali mal-Bank ta’ Investiment Goldman Sachs. Hekk iddeċieda il-Kumitat ...
Read More

IL-FTEHIM MAL-KANADA MISTENNI JIDĦOL FIS-SEĦĦ

Il-ftehim tal-Unjoni Ewropea mal-Kanada, magħruf bħala CETA, mistenni jidħol fis-seħħ b’mod proviżorju wara li jkun approvat mill-Parlament Ewropew, probabbli f’Diċembru ...
Read More

IĊ-ĊINA U R-RUSSJA MĦASSBIN DWAR L-AZZAR 

Iċ-Ċina u r-Russja mħassbin dwar l-investigazzjonijiet tal-UE dwar l-azzar importat. Ir-Russja qalet li l-UE qed timponi dazju eċċessiv fuq l-azzar ...
Read More

119 MILJUN RUĦ F’RISKJU TA’ FAQAR FL-EWROPA

In-numru ta’ nies li qegħdin f’riskju ta’ faqar fl-UE naqas u reġa’ niżel għal-livelli ta’ qabel il-kriżi finanzjarja tal-2008. Mill-2009 ...
Read More

L-ITALJA TAĦT IL-PIŻ TAL-IMMIGRANTI U T-TERREMOTI

L-Italja fl-2017 se tonfoq bejn €6.6 u €7 biljun ewro minħabba t-terremoti u l-kriżi tal-immigrazzjoni. Dan qalu l-Ministru tal-Finanzi Taljan ...
Read More

IL-MEDITERRAN PRIJORITA` GĦALL-PRESIDENZA MALTIJA

Il-Presidenza Maltija fil-Kunsill tal-Ewropa se tiffoka fuq il-kwistjonijiet marbuta mal-Mediterran qal il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Malti George Vella. Malta se tipprova ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment