Newsletter

L‑ATTENDENZA FIĊ‑ĊINEMA

L-Ewropej qed imorru aktar iċ-ċinema. Fl-2014 l-attendenza żdiedet b’0.6% li tfisser li b’kollox inbiegħu 911 miljun biljett, jiġifieri 5.4 miljun aktar mill-2013. Din iż-żieda nħasset l-iżjed bis-saħħa ta’ Franza (+14.8 miljun, +7.7%) u Spanja (+10.5 miljun, +13.6%). Fi Franza ż-żieda saret permezz tas-suċċess li qed ikollhom films lokali tant li fi 30 sena l-attendenza laħqet

Newsletter

L‑EWWEL SINJALI TA’ RABJA

Il-protesti vjolenti fil-kapitali Griega ta’ dawn il-ġranet kienu l-ewwel sinjali ta’ rabja fit-toroq ta’ Ateni wara r-rebħa elettorali tal-partit tax-xellug estrem, Syriza fil-Greċja. Ma kinux aktar minn 450 ruħ li niżlu jipprotestaw fit-toroq, fl-istess waqt li l-Gvern Grieg ingħata estensjoni ta’ erba’ xhur miż-żona ewro għall-bailout, li kellha tispiċċa fit-28 ta’ Frar. Ma kinux xeni

Newsletter

SAN VALENTINU

Il-ward aħmar, il-qlub u l-anġlu tal-imħabba kollha jfakkruna f’San Valentinu. Madanakollu kull pajjiż għandu t-tradizzjonijiet tiegħu għaċ-ċelebrazzjoni ta’ dan il-jum. Fl-Awstrija l-irġiel jagħtu bukkett fjuri. It-tradizzjoni tgħid li jridu jiskopru x’tip ta’ fjura tippreferi l-maħbuba tagħhom. B’hekk biss juru li l-imħabba tagħhom hija waħda ta’ veru. Id-Daniżi jagħtu fjuri bojod ippressati lil maħbubin tagħhom. F’dan

Newsletter

IĊ‑ĊINA U L‑UNJONI EWROPEA JRIDU JŻIDU L‑KUMMERĊ BEJNIETHOM

L-Unjoni Ewropea mistennija li tilħaq ftehim reċiproku ta’ investiment maċ-Ċina biex tiggarantixxi protezzjoni legali għall-investimenti u aċċess għall-investituri Ewropej għas-swieq Ċiniżi u bil-kontra. L-Ewropej u ċ-Ċiniżi jixtiequ jistimulaw l-investiment li sa issa għadu lura milli jilħaq il-potenzjal tiegħu. L-Unjoni Ewropea hija l-ikbar trading partner taċ-Ċina u ċ-Ċina hija t-tieni l-akbar trading partner għall-UE. Iċ-Ċina investiet

Newsletter

700 MEDIĊINA ĠENERIKA JISTGĦU JISPARIXXU

700 mediċina ġenerika fis-suq Ewropew jistgħu jisparixxu minn fuq l-ixkafef tal-ispiżeriji fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini waslet għal din il-konklużjoni għax qalet li ma hemmx biżżejjed studji dwarhom. Dawn il-mediċini ddaħħlu fl-Ewropa wara testijiet kliniċi mill-Aġenzija Indjana GVK Biosciences li taw riżultat tajjeb. Il-Kummissjoni Ewropea qabbdet lill-Kumitat tal-Aġenzija tal-Mediċini jeżamina ’il fuq minn elf

Newsletter

REKORD TA’ TURISTI FL‑UNJONI EWROPEA

In-numru ta’ ljieli li t-turisti qattgħu fl-istati membri tal-Unjoni Ewropea fl-2014 żdied b’1.7% fuq l-2013. Franza tibqa’ l-iktar destinazzjoni popolari minkejja li rreġistrat tnaqqis (-1.2%). Warajha jiġu Spanja (+3.1%), l-Italja u l-Ġermanja (+2.9%). Kien hemm 2.7 biljun lejl, żjieda ta’ 1.7% fuq 2013. Wara l-kriżi finanzjarja ta’ 2009, reġa’ beda jiżdied it-turiżmu b’mod konsistenti. Pajjiżi