Il-Ġermanja u Franza kitbu lill-Kummissjoni Ewropea biex tissaħħaħ l-azzjoni kontra t-theddida tat-terroriżmu u ssir riforma fuq il-kodiċi tax-Schengen. L-ittra saħqet dwar l-importanza tal-protezzjoni taċ-ċittadini bit-tisħiħ tal-fruntieri esterni tal-UE. Saħqet ukoll biex isiru kontrolli fuq ċittadini Ewropej fid-dħul u l-ħruġ tagħhom mill-Unjoni.
Il-Kummissjoni qed tintalab teżamina metodi biex ikunu reġistrati l-vjaġġaturi kollha, mhux biss dawk li mhumiex Ewropej.
Iż-żewġ pajjiżi qed jitolbu wkoll għal reviżjoni fil-kodiċi tax-Schengen għal aktar kontrolli fuq il-fruntieri interni tal-UE. Jixtiequ aktar flessibilita` fir-regoli tax-Schengen. Il-KE qed tintalab teżamina possibilitajiet tekniċi biex ikun reġistrat id-dħul u l-ħruġ ta’ min jidħol fil-fruntieri esterni tal-UE, inkluż ċittadini Ewropej.
Malta kienet għamlet talba simili f’Jannar waqt il-laqgħa informali tal-Ministri tal-Intern.
Il-Kummissjoni Ewropea qalet li lesta tiddiskuti r-riformi iżda ma kkommettitx ruħha fuq data.

X’SE JGĦIDU F’RUMA GĦALL-PROPOSTI TA’ VERSAILLES?
Read More

IRIDU EWROPA AĦJAR
Read More

IL-PASSAT RIĊENTI VITALI GĦALL-FUTUR
Read More

IL-KE TANALIZZA L-ISFIDI EKONOMIĊI TAS-27 STAT MEMBRU
Read More

IS-SOVRANITA` FIT-TASSAZZJONI TRID TKUN IMĦARSA
Read More

JINTBAGĦTU LURA PAJJIŻHOM
Read More

SAJJIEDA MALTIN IMĦASSBA BIL-KWOTI TAL-PIXXISPAD
Read More

AKTAR KONTROLLI MAL-FRUNTIERI
Read More
Post a comment