Franza, il-Ġermanja, l-Italja u Spanja qablu f’Versailles  favur livelli differenti ta’ integrazzjoni fost l-istati membri tal-UE, ftit ġranet qabel is-summit ta’ Ruma. Francois Hollande, Angela Merkel, Paolo Gentiloni u Mariano Rajoy iridu kooperazzjoni fuq livelli differenti fil-qasam tad-difiża, taż-żona ewro u tal-għaqda monetarja u ekonomika u eventwalment dwar l-armonizzazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni.

L-erba’ mexxejja jridu Ewropa aktar b’saħħitha u li trid tkun effettiva fir-rispons tagħha għall-problemi taċ-ċittadini Ewropej.

“L-Ewropa trid titgħallem tgħix b’27 stat membru wara l-BREXIT”, qal Hollande li sejjaħ għal “forom ġodda u aħjar ta’ kooperazzjoni milli kien hemm s’issa biex insalvaw il-proġett Ewropew”.

“Huwa d-dmir tagħna li insegwu l-integrazzjoni Ewropea. Irid ikollna l-kuraġġ li naċċettaw li ċerti stati jimxu aktar ’il quddiem u aktar malajr”, saħqet Merkel li tenniet li dawn il-proġetti ta’ kooperazzjoni għandhom jibqgħu miftuħa għal pajjiżi li jixtiequ jidħlu fihom aktar tard. L-UE trid tirreaġixxi għat-tħassib taċ-ċittadini Ewropej dwar il-qgħad, is-sigurta` u d-difiża, qalet Merkel.

Rajoy u Gentiloni qablu ma’ dan il-ħsieb. Rajoy, iżda, jippreferi li l-integrazzjoni fil-politika barranija u fil-qasam tad-difiża tkun tinkludi lill-istati membri kollha.

“Aħna konvinti li l-proġett Ewropew jeħtieġ ikun imniedi mill-ġdid. Nipprovaw nimxu f’din id-direzzjoni f’Ruma”, qal Gentiloni li f’Ruma se jipprova jmexxi lis-27 stat membri fuq ftehim ta’ viżjoni komuni.

Ix-xhur li ġejjin se jkunu determinanti għall-UE biex tfassal il-futur tagħha. Se tkun interessanti r-reazzjoni tal-istati membri l-oħra f’Ruma għall-proposta mfassla f’Versailles.

 

X’SE JGĦIDU F’RUMA GĦALL-PROPOSTI TA’ VERSAILLES?

Franza, il-Ġermanja, l-Italja u Spanja qablu f’Versailles  favur livelli differenti ta’ integrazzjoni fost l-istati membri tal-UE, ftit ġranet qabel is-summit ...
Read More

IRIDU EWROPA AĦJAR

Il-pajjiżi tal-VISEGRAD - il-Polonja, l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja qed iwissu kontra ‘d-diżintegrazzjoni’ tal-Ewropa. Dawn qalu li kull forma ta’ ...
Read More

IL-PASSAT RIĊENTI VITALI GĦALL-FUTUR

Il-Kap tad-delegazzjoni Maltija Laburista fil-Parlament Ewropew Dr Alfred Sant qal li d-deċiżjonijiet fuq il-futur tal-Ewropa għandhom ikunu msejsa fuq analiżi ...
Read More

IL-KE TANALIZZA L-ISFIDI EKONOMIĊI TAS-27 STAT MEMBRU

Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat lista tal-isfidi ekonomiċi ewlenin li qed jaffaċċjaw l-istati membri tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-Greċja. Il-Kummissjoni nnotat progress fir-riformi fis-settur ...
Read More

IS-SOVRANITA` FIT-TASSAZZJONI TRID TKUN IMĦARSA

L-applikazzjoni tal-Għajnuna tal-Istat (State Aid Rules) tal-Unjoni Ewropea fil-politika tat-tassazzjoni tirbaħ fuq is-sovranita` li l-istati membri għad għandhom fit-tassazzjoni skont ...
Read More

JINTBAGĦTU LURA PAJJIŻHOM

L-Unjoni Ewropea trid tgħaġġel il-proċess ta’ sħubija ma’ ħames pajjiżi Afrikani biex ikun implimentat il-ftehim dwar l-immigrazzjoni. Il-ftehim ġie addottat ...
Read More

SAJJIEDA MALTIN IMĦASSBA BIL-KWOTI TAL-PIXXISPAD

Is-sajjieda tradizzjonali Maltin imħassba dwar kemm jistgħu jżommu fil-wiċċ fis-sajd tal-pixxispad. F’laqgħa mal-MEP Alfred Sant, is-sajjieda qalu li fit-tqassim tal-kwota ...
Read More

AKTAR KONTROLLI MAL-FRUNTIERI

Il-Ġermanja u Franza kitbu lill-Kummissjoni Ewropea biex tissaħħaħ l-azzjoni kontra t-theddida tat-terroriżmu u ssir riforma fuq il-kodiċi tax-Schengen. L-ittra saħqet ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment