Il-Kummissjoni Ewropea informat lill-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant u l-Ewroparlamentari Kroat Tonino Picula li laqgħet il-proposta tagħhom u se tinvesti €10 miljuni favur il-proġett ‘Insaħħu l-kooperazzjoni fil-qasam tal-klima fil-gżejjer tal-UE’. Il-KE kienet diġa` approvat €2 miljuni għall-istess proġett. Dr Sant, ex-Prim Ministru u s-Sur Picula, ex-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Kroazja, fl-aħħar xhur ħadmu fuq l-implimentazzjoni tal-proġett għal arja aktar nadifa fil-gżejjer tal-Unjoni Ewropea. Picula jirrappreżenta  gżejjer Kroati filwaqt li Dr Sant talab lil Kummissjoni Ewropea tipprovdi fondi għal ħolqien ta’ enerġija nadifa fil-gżejjer tal-UE, inklużi f’Malta u Għawdex.

Id-Direttur Ġenerali tal-KE għall-Enerġija Christopher Jones, responsabbli għall-politika esterna u l-iżvilupp ta’ għodod finanzjarji qal lil Dr Sant u lis-Sur Picula li l-Kummissjoni qablet mal-proposti tagħhom.

“L-għan ewlieni tagħna huwa t-tkabbir. Aħna rridu gżejjer abitabbli” qal is-Sur Jones lil Ewroparlamentari Malti u Kroat.

Il-KE se tidentifika 20 gżira bħala ‘case-study’.

Picula qal li hu favur l-aċċessibilita` għall-enerġija fi gżejjer żgħar.

“Irridu niżguraw l-għixien fuq il-gżejjer. Irridu għalhekk nidentifikaw il-limitazzjonijiet, speċjalment tal-gżejjer żgħar u  jkollna aċċessibilita` għall-enerġija nadifa.”

Dr Sant iddeskriva r-risposta tal-Kummissjoni bħala “pożittiva”.

“Importanti li l-KE tagħraf li ċ-ċittadini li jgħixu fuq gżejjer ibatu minn problemi ta’ insularita` doppja u allura għandhom bżonn lill-Kummissjoni tilleġiżla u tapprova proġetti favur dawn il-gżejjer,” qal Dr Sant.

IX-XOQQA F’MOXTHA

Fil-Parlament Ewropew nhar it-Tlieta rajna koalizzjoni ta’ forzi politiċi tikkritika lil Gvern Malti dwar is-Saltna tad-Dritt f’pajjiżna. Fuq quddiem nett ...
Read More

IL-LUSSEMBURGU KONTRA SANZJONIJIET FUQ TAX HAVENS

L-UE qed tfassal lista sewda ta’ pajjiżi madwar id-dinja li huma tax havens. Il-Ministru tal-Finanzi tal-Lussemburgu Pierre Gramegna qal li ...
Read More

MACRON: L-EWROPA GĦANDHA TIKKRITIKA LIR-RUSSJA U LIT-TURKIJA, IŻDA MHUX TAGĦTIHOM DAHARHA

Il-President Franċiż Emmanuel Macron qal li l-Ewropa għandha tikkritika lir-Russja u lit-Turkija, iżda għandha tevita li tagħtihom daharha. F’diskors fil-Qorti ...
Read More

€100 MILJUN  BIEX JINBIGĦ AKTAR GASS FL-UE

L-industrija tal-gass Ewropea nefqet €100 miljun fl-2016 biex tinfluwenza entitajiet governattivi tal-UE. Dan ġie żvelat minn Corporate Europe Observatory (CEO) ...
Read More

RISKJU GĦALL-KREDENZJALI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Jekk dil-mozzjoni konġunta tgħaddi kif miktuba, il-kredenzjali tal-Parlament Ewropew li jurina kif niddefendu l-valuri Ewropej b’mod trasparenti u b’mod onest ...
Read More

ARJA AKTAR NADIFA FIL-GŻEJJER TAL-UE

Il-Kummissjoni Ewropea informat lill-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant u l-Ewroparlamentari Kroat Tonino Picula li laqgħet il-proposta tagħhom u se tinvesti €10 ...
Read More

IT-TOROQ EWROPEJ DOMINATI MINN VETTURI B’MAGNI DIESEL

Fi żmien meta l-magni diesel huma kritikati fl-UE minħabba raġunijiet ta’ saħħa u ta’ effett ħażin fuq il-klima,  il-parti l-kbira ...
Read More

DELEGAZZJONI TAL-ECON F’LISBONA

Delegazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju tal-Parlament Ewropew (ECON) żaret il-Belt Portugiża ta’ Lisbona u ddiskutiet it-tibdil li seħħ fil-Portugall wara ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment