Jekk dil-mozzjoni konġunta tgħaddi kif miktuba, il-kredenzjali tal-Parlament Ewropew li jurina kif niddefendu l-valuri Ewropej b’mod trasparenti u b’mod onest ikunu f’riskju. Dan qalu Alfred Sant fil-Parlament b’riferenza għall-mozzjoni ppreżentata kontra Malta. Hu saħaq li jekk l-istati membri se jkunu suġġetti għal dil-metodoloġija, l-istati membri kollha jistgħu jitħammġu.

Alfred Sant qal li l-attitudnijiet fil-Parlament Ewropew għandhom ikunu oġġettivi. Bħalissa huma tendenzjali.

“Għandna bżonn analiżi oġġettiva. Minflok għandna opinjonijiet preġudikati u polemikużi, qisna qed nagħmlu l-instant coffee.”

Biex dan il-Parlament jibqa’ b’saħħtu fid-difiża tad-drittijiet tal-Bniedem u tas-Saltna tad-Dritt, irid iniedi proċess ibbażat fuq ġbir ta’ evidenza, impoġġija  f’kuntest u analizzata. Jekk ma jsirx hekk, dan il-Parlament jitlef il-kredibilita` tiegħu. Agħar minn hekk, jista’ jimmina l-valuri li aħna lkoll nemmnu fihom.

F’Malta kellna delitt brutali li xxokkjana kollha kemm aħna. Hemm bżonn li ssir ġustizzja. Fl-investigazzjoni, il-Gvern Malti talab l-għajnuna tal-awtoritajiet tal-Pulizija Olandiżi u Amerikani kif ukoll lill-Interpol. Iżda r-riżultat tal-investigazzjoni dwar dan id-delitt, ma jistax jirrifletti fuq is-Saltna tad-Dritt f’Malta. Malta qed tkun akkużata b’defiċjenzi perċepiti fis-Saltna tad-Dritt fuq il-bażi ta’ fatti mgħawġa, allegazzjonijiet mhux ipprovati u kwistjonijiet irrelevanti għas-Saltna tad-Dritt. Dan qed isir bi tpattija għal proċessi dwar is-Saltna tad-Dritt fi stati membri oħra tal-UE?

Il-Gvern Malti ripetutament aċċetta li jilqa’ delegazzjonijiet minn dan il-Parlament biex jinvestigaw il-kwistjonijiet li tqajmu. Il-Gvern Malti aċċetta, u stieden, l-iskrutinju tal-Kummissjoni Ewropea fuq għadd ta’ kwistjonijiet.

Il-partiġġjaniżmu fuq is-Saltna tad-Dritt jimmina l-bażi morali li dan il-Parlament jista’ jqajjem dwar kwistjonijiet marbutin magħha. Dan qed isir għaliex fid-dawl tal-interess u l-alleanzi ta’ dan il-Parlament, huwa eħfef li tinjora r-realtajiet ta’ Malta biex titfa’ d-dubji fuq il-mottivi tal-Gvern Malti.

Dan il-Gvern għadu kemm ġie ri-elett b’maġġoranza assoluta li l-ebda partit f’dan il-Parlament qatt ma kellu. Bit-tmexxija tiegħu Malta kisbet l-ogħla rata ta’ tkabbir ekonomiku fl-Ewropa kollha.

Il-mozzjoni kontra Malta għaddiet b’466 vot favur, 49 vot kontra u 167 astenzjoni.

IX-XOQQA F’MOXTHA

Fil-Parlament Ewropew nhar it-Tlieta rajna koalizzjoni ta’ forzi politiċi tikkritika lil Gvern Malti dwar is-Saltna tad-Dritt f’pajjiżna. Fuq quddiem nett ...
Read More

IL-LUSSEMBURGU KONTRA SANZJONIJIET FUQ TAX HAVENS

L-UE qed tfassal lista sewda ta’ pajjiżi madwar id-dinja li huma tax havens. Il-Ministru tal-Finanzi tal-Lussemburgu Pierre Gramegna qal li ...
Read More

MACRON: L-EWROPA GĦANDHA TIKKRITIKA LIR-RUSSJA U LIT-TURKIJA, IŻDA MHUX TAGĦTIHOM DAHARHA

Il-President Franċiż Emmanuel Macron qal li l-Ewropa għandha tikkritika lir-Russja u lit-Turkija, iżda għandha tevita li tagħtihom daharha. F’diskors fil-Qorti ...
Read More

€100 MILJUN  BIEX JINBIGĦ AKTAR GASS FL-UE

L-industrija tal-gass Ewropea nefqet €100 miljun fl-2016 biex tinfluwenza entitajiet governattivi tal-UE. Dan ġie żvelat minn Corporate Europe Observatory (CEO) ...
Read More

RISKJU GĦALL-KREDENZJALI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Jekk dil-mozzjoni konġunta tgħaddi kif miktuba, il-kredenzjali tal-Parlament Ewropew li jurina kif niddefendu l-valuri Ewropej b’mod trasparenti u b’mod onest ...
Read More

ARJA AKTAR NADIFA FIL-GŻEJJER TAL-UE

Il-Kummissjoni Ewropea informat lill-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant u l-Ewroparlamentari Kroat Tonino Picula li laqgħet il-proposta tagħhom u se tinvesti €10 ...
Read More

IT-TOROQ EWROPEJ DOMINATI MINN VETTURI B’MAGNI DIESEL

Fi żmien meta l-magni diesel huma kritikati fl-UE minħabba raġunijiet ta’ saħħa u ta’ effett ħażin fuq il-klima,  il-parti l-kbira ...
Read More

DELEGAZZJONI TAL-ECON F’LISBONA

Delegazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju tal-Parlament Ewropew (ECON) żaret il-Belt Portugiża ta’ Lisbona u ddiskutiet it-tibdil li seħħ fil-Portugall wara ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment