L-UE qed tistenna li tibda n-negozjati tal-Brexit iżda r-riżultat tal-elezzjonijiet fir-Renju Unit li kellhom l-għan jagħtu aktar saħħa lil PM Ingliża Theresa May, ħallew lil partit Konservattiv tagħha mingħajr maġġoranza fil-Parlament.
Il-Konservattivi rebħu l-ikbar ammont ta’ siġġijiet fil-Parlament Ingliż (318 minn 650) iżda kellhom bżonn 8 siġġijiet oħra biex jiksbu l-maġġoranza. Theresa May qalet li se taħdem mal-Partit tal-Unjoni Demokratika tal-Irlanda ta’ Fuq (DUP) li rebaħ 10 siġġijiet biex permezz ta’ koalizzjoni miegħu tikseb maġġoranza ta’ siġġijiet. Dan il-partit ukoll huwa favur il-Brexit.
Ħafna interpretaw ir-riżultat tal-elezzjonijiet bħala turija li l-poplu jrid ‘soft’ Brexit biex ir-Renju Unit tkun aktar qrib l-Unjoni Ewropea anki jekk ma tibqax membru sħiħ.
May qalet li n-negozjati xorta se jibdew nhar it-tnejn 19 ta’ Ġunju kif xtaqet il-Kummissjoni Ewropea. It-taħdidiet għandhom isiru fi Brussell għalkemm għad ma hemmx qbil formali dwar id-data, il-post eżatt u bosta dettalji oħra.
Il-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea Donald Tusk qal li, ‘ma hemmx ħin x’nitilfu’ la n-negozjati jridu jkunu lesti sa Marzu tal-2019.

IS-SALTNA TAD-DRITT F’MALTA HIJA ĦAJJA U B’SAĦĦITHA
Read More

DEHRA ĠDIDA GĦALL-ASSEMBLEA NAZZJONALI FRANĊIŻA
Read More

FID-DUBJU N-NEGOZJATI TAL-BREXIT
Read More

UFFIĊĊJI ‘FANTAŻMA’
Read More

FOND KOMUNI GĦALL-QASAM TAD-DIFIŻA
Read More

L-ISTATI UNITI, IR-RUSSJA, L-UE JEĦTIEĠ JIFTEHMU DWAR IL-LIBJA
Read More

PROĠETT PILOTA GĦAR-REĠJUNI LI WAQGĦU LURA
Read More

L-UE TINFILTRA S-SUQ ASJATIKU BI FTEHIM MAL-INDJA
Read More
Post a comment