Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li se tappoġġja reġjuni bi dħul baxx jew b’nuqqas ta’ tkabbir ekonomiku. Inħawi f’din il-qagħda jinkludu reġjuni fil-Greċja, Spanja, Portugall u l-Italja. Jinkludu wkoll reġjuni fir-Rumanija, Bulgarija, Ungerija u l-Polonja li fihom insibu l-iktar reġjuni batuti fl-UE. Dis-sena l-Kummissjoni Ewropea kienet f’kuntatt mal-Bank Dinji u ħadmet fuq żewġ reġjuni fil-Polonja (Podkarpackie u Swiertokrzyskie) biex tgħin fit-tkabbir ekonomiku tagħhom. Il-Kummissjoni mistennija tkompli tibni fuq dan il-proġett pilota u tfassal proġetti simili bbażati fuq tliet punti: tgħin biex l-informazzjoni mill-universitajiet tgħaddi lin-negozjanti lokali; tiffaċilita l-ħolqien tan-negozju permezz ta’ finanzjamenti u appoġġ; ittejjeb it-taħriġ tan-nies tal-lokal.
F’April li għadda l-Kummissjoni ppreżentat rapport dwar ir-reġjuni li ekonomikament mhux qed jimxu ’l quddiem. Riċentement ippubblikat ukoll ir-riflessjonijiet tagħha dwar l-effetti negattivi tal-globalizzazzjoni. Kollox jindika li l-Kummissjoni Ewropea qed taħseb biex taġixxi u ttejjeb is-sitwazzjoni f’numru ta’ reġjuni Ewropej.

IS-SALTNA TAD-DRITT F’MALTA HIJA ĦAJJA U B’SAĦĦITHA
Read More

DEHRA ĠDIDA GĦALL-ASSEMBLEA NAZZJONALI FRANĊIŻA
Read More

FID-DUBJU N-NEGOZJATI TAL-BREXIT
Read More

UFFIĊĊJI ‘FANTAŻMA’
Read More

FOND KOMUNI GĦALL-QASAM TAD-DIFIŻA
Read More

L-ISTATI UNITI, IR-RUSSJA, L-UE JEĦTIEĠ JIFTEHMU DWAR IL-LIBJA
Read More

PROĠETT PILOTA GĦAR-REĠJUNI LI WAQGĦU LURA
Read More

L-UE TINFILTRA S-SUQ ASJATIKU BI FTEHIM MAL-INDJA
Read More
Post a comment