Ftehim ta’ kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Indja huwa ta’ benefiċċju iżda mhux għas-setturi kollha. Il-Fundazzjoni Ġermaniża Bertelsmann Stiftung qalet li ftehim strateġiku bħal dan iservi biex l-UE tinfiltra s-suq Asjatiku.
Fl-isfond ta’ relazzjonijiet kummerċjali inċerti bejn l-UE u l-Istati Uniti, l-UE qed tħares lejn l-Asja. Minkejja li s-suq ekonomiku tal-Indja huwa dinamiku u qed jikber, għadu relattivament magħluq għall-kummerċ dinji. Fl-2016 il-volum ta’ kummerċ tal-oġġetti u s-servizzi bejn iż-żewġ partijiet laħħaq is-€77 biljun ewro. L-UE hija l-ikbar trading partner tal-Indja.
Jekk jitneħħew it-tariffi imorru tajjeb iż-żewġ naħat. L-effett pożittiv jibda jinħass bejn għaxra u tnax-il sena wara li jkun attwat il-ftehim ta’ kummerċ ħieles. Stati membri differenti jibbenefikaw b’rati differenti. L-aħjar li tmur tkun il-Ġermanja u l-ebda pajjiż fl-UE ma jbati konsegwenzi negattivi.
L-iktar setturi Ġermaniżi li jmorru tajjeb huma s-settur tal-karozzi u tal-makkinarji. L-iktar li jmorru ħażin huma s-settur tas-servizzi, tal-ħwejjeġ u t-tessuti. Min-naħa tal-Indja jiggwadanjaw l-aktar is-servizzi u s-settur tat-tessuti. Għall-Indja dan il-ftehim ikun ifisser aktar ftuħ ekonomiku iżda dawk is-setturi li huma l-inqas kompetittivi se jbatu ħafna bil-kompetizzjoni internazzjonali.
In-negozjati bdew fl-2007. Kienu waqfu f’Mejju tal-2013, qabel l-elezzjoni ġenerali tal-Indja tal-2014 meta Narendra Modi tela’ fil-poter.

IS-SALTNA TAD-DRITT F’MALTA HIJA ĦAJJA U B’SAĦĦITHA
Read More

DEHRA ĠDIDA GĦALL-ASSEMBLEA NAZZJONALI FRANĊIŻA
Read More

FID-DUBJU N-NEGOZJATI TAL-BREXIT
Read More

UFFIĊĊJI ‘FANTAŻMA’
Read More

FOND KOMUNI GĦALL-QASAM TAD-DIFIŻA
Read More

L-ISTATI UNITI, IR-RUSSJA, L-UE JEĦTIEĠ JIFTEHMU DWAR IL-LIBJA
Read More

PROĠETT PILOTA GĦAR-REĠJUNI LI WAQGĦU LURA
Read More

L-UE TINFILTRA S-SUQ ASJATIKU BI FTEHIM MAL-INDJA
Read More
Post a comment