L-aktar għadma iebsa waqt in-negozjati bejn ir-Renju Unit u l-UE hija ċ-ċaqliq liberu tal-ħaddiema. Dan il-punt u għadd ta’ talbiet oħra qed ikunu diskussi bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim sa Frar li ġej. Punt delikat ieħor hija t-talba tal-gvern Ingliż biex jillimita l-aċċess għall-benefiċċji soċjali lill-immigranti Ewropej. Il-gvern Ingliż jixtieq li pajjiżu jagħti l-benefiċċji lil dawk li jgħixu fir-Renju Unit imma li jkunu ilhom jaħdmu hemmhekk għal mill-anqas erba’ snin. Cameron ġie rrapportat jgħid li se jabbanduna l-idea li jbiddel it-trattati u li minflok se jiffoka fuq kif jista’ jdaħħal miżuri li permezz tagħhom ir-Renju Unit ma jibqax jattira immigranti Ewropej lejh.
Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk qal li jeħtieġ dibattitu politiku imma qal li diġa` hemm qbil li ssir ġlieda kontra l-abbużi. Rigward il-punt tal-erba’ snin, Tusk qal li għad ma hemmx qbil u li l-mexxejja Ewropej jixtiequ li jkollhom aktar tagħrif.
Ir-Renju Unit qajjem ukoll xi punti fuq iż-żona ewro u jixtieq li jkunu mħarsa dawk il-pajjiżi li ma jridux ikunu parti minn din iż-żona. Sa issa jidher li se jkun hemm qbil fuq numru ta’ prinċipji relatati ma’ dawn is-suġġetti. Qed ikunu diskussi punti fuq is-sovranita` tal-pajjiżi membri tal-Unjoni u l-importanza tal-parlamenti nazzjonali vis-a-vis ‘aktar unjoni’. Il-Prim Ministru Cameron qed juri flessibilita` u qed jgħid li l-aktar ħaġa importanti hija li jinstabu s-soluzzjonijiet u mhux li r-Renju Unit jiddetta xi forma ta’ ftehim.
Il-pajjiżi membri huma mitluba jkunu responsabbli u juru li lesti li jinstab kompromess. L-inċertezza dwar il-futur tar-Renju Unit tkompli tqanqal instabilita` u jeħtieġ li l-Unjoni twieġeb għall-punti li qed iqajjem ir-Renju Unit.
Malta u l-Unjoni Ewropea NL29
Read More
MHUX AĊĊETTABBLI LI L-FRONTEX JIPPREVALI FUQ IL-KOMPETENZI NAZZJONALI
Read More
L-ISTATI UNITI MWERWRA MINN ‘TERRORISTI EWROPEJ’
Read More
L-AWSTRIJA TIBNI ĦAJT MAS-SLOVENJA
Read More
413,800 JITOLBU L-AŻIL FL-UE
Read More
IL-ĠERMANJA TINSISTI LI L-PAJJIŻI TAL-UE JOĦORĠU €3 BILJUN GĦAT-TURKIJA
Read More
MEPS MALTIN U ĊIPRIJOTTI F’MINORANZA KONTRA L-ARMONIZZAZZJONI TAT-TAXXI
Read More
SOLUZZJONIJIET EWROPEJ LI JAQBLU GĦAL MALTA
Read More
IĊ-ĊAQLIQ TAL-ĦADDIEMA L-AKTAR GĦADMA IEBSA GĦAR-RENJU UNIT
Read More
JEĦTIEĠ EVALWAZZJONI TAL-UNJONI EKONOMIKA U MONETARJA
Read More
IĊ-ĊAVETTA GĦAD-DĦUL TAS-SERBJA FL-UE
Read More
MALTA T-TIELET BL-AKTAR TKABBIR FIŻ-ŻONA EWRO
Read More
IL-KUMMISSJONI EWROPEA TINVESTIGA LIL McDONALD’S
Read More
IL-LUSSEMBURGU TIKKONSIDRA APPELL KONTRA L-KUMMISSJONI EWROPEA
Read More
IS-SANZJONIJIET KONTRA R-RUSSJA ESTIŻI B’SITT XHUR
Read More
X’INHUMA L-FONDI TERRITORJALI U X’INHU L-ITALJA/MALTA
Read More
CHRISTMAS MARKETS
Read More
Post a comment