Il-Kummissjoni Ewropea qed tistħarreġ il-possibilita` li l-Lussemburgu uża l-liġi b’tali mod li ffavorixxa l-kumpanija multinazzjonali McDonald’s. Għalhekk iddeċidiet li tiftaħ investigazzjoni biex tistabilixxi ngħatax għajnuna tal-istat illegali li ssarrfet fl-evitar ta’ ħlas ta’ miljuni ta’ ewro f’taxxa.
Fi Frar tal-2015, ħafna unions urew it-tħassib tagħhom billi ppubblikaw rapport li wera kif fl-2009, dan il-ġgant tal-‘fast-food’ Amerikan, ċaqlaq biljuni ta’ ewro li kiseb permezz tal-ħlas għad-drittijiet mill-Ewropa kollha u trasferihom il-Lussemburgu.
Il-Kummissjoni qalet li bi ftehim li sar fl-2009 dwar ħlas ta’ taxxa, il-katina tal-McDonald’s fl-Ewropa, minn dak inhar ’l hawn ma ħallsitx taxxa fil-Lussemburgu. Dan minkejja li kellha profitti sostanzjali ta’ aktar minn €250 miljun fl-2013. Dawn il-profitti tagħmilhom billi tikseb pagamenti minn dawk ir-restoranti fl-Ewropa u r-Russja li jużaw l-isem u s-servizzi tal-McDonald’s. Il-kwartieri ġenerali tal-kumpanija għandhom żewġ fergħat fil-Lussemburgu, wieħed fl-Isvizzera u ieħor fl-Amerika. Il-pagamenti li tikseb il-kumpanija huma trasferiti internament fil-fergħa Amerikana.
L-ewwel ftehim ta’ taxxa li sar mal-awtoritajiet fil-Lussemburgu f’Marzu tal-2009 ikkonferma li l-kumpanija ma kellhiex għalfejn tħallas taxxa fil-Lussemburgu għaliex il-profitti tagħha kienu taxxabbli fl-Istati Uniti. Din il-pożizzjoni kienet ġustifikata permezz ta’ ftehim li sar mal-Istati Uniti. Madanakollu, il-ftehim kien jobbliga lil McDonald’s biex kull sena jagħti evidenza li l-pagamenti li qed jitrasferixxi lejn l-Istati Uniti mill-Isvizzera jkunu dikjarati u taxxabbli fl-Istati Uniti u fl-Isvizzera.
Skont il-Kummissjoni, il-profitti ma kinux verament suġġetti għat-tassazzjoni fl-Istati Uniti. Filfatt, f’Settembru tal-2009, ftehim ieħor ta’ taxxa kien jistipula li l-McDonald’s ma kellhiex għalfejn turi li l-qligħ qed ikun taxxabbli fl-Istati Uniti. Dan il-ftehim juri li l-qligħ la kien taxxabbli fil-Lussemburgu u lanqas fl-Istati Uniti. Il-gvern tal-Lussemburgu stqarr li pajjiżu ma tax trattament speċjali lil McDonald’s.
L-NGO Oxfam International esprimiet is-sodisfazzjon li l-Kummissjoni tiftaħ din l-investigazzjoni. Madanakollu qed tgħid li trid issir xi ħaġa ħolistika dwar l-evitar tat-taxxa, u mhux biżżejjed li l-Kummissjoni taqbad kas wieħed kull darba. Dan għaliex l-iskandlu LuxLeaks svela 350 każijiet simili għal dan. Allura jeħtieġ li jsiru riformi fis-sistema tat-taxxa biex tiżdied it-trasparenza. Il-Kummissjoni Ewropea tista’ tordna lil-Lussemburgu biex jiġbor madwar €194 miljun minn għand il-McDonald’s.

Malta u l-Unjoni Ewropea NL29
Read More

MHUX AĊĊETTABBLI LI L-FRONTEX JIPPREVALI FUQ IL-KOMPETENZI NAZZJONALI
Read More

L-ISTATI UNITI MWERWRA MINN ‘TERRORISTI EWROPEJ’
Read More

L-AWSTRIJA TIBNI ĦAJT MAS-SLOVENJA
Read More

413,800 JITOLBU L-AŻIL FL-UE
Read More

IL-ĠERMANJA TINSISTI LI L-PAJJIŻI TAL-UE JOĦORĠU €3 BILJUN GĦAT-TURKIJA
Read More

MEPS MALTIN U ĊIPRIJOTTI F’MINORANZA KONTRA L-ARMONIZZAZZJONI TAT-TAXXI
Read More

SOLUZZJONIJIET EWROPEJ LI JAQBLU GĦAL MALTA
Read More

IĊ-ĊAQLIQ TAL-ĦADDIEMA L-AKTAR GĦADMA IEBSA GĦAR-RENJU UNIT
Read More

JEĦTIEĠ EVALWAZZJONI TAL-UNJONI EKONOMIKA U MONETARJA
Read More

IĊ-ĊAVETTA GĦAD-DĦUL TAS-SERBJA FL-UE
Read More

MALTA T-TIELET BL-AKTAR TKABBIR FIŻ-ŻONA EWRO
Read More

IL-KUMMISSJONI EWROPEA TINVESTIGA LIL McDONALD’S
Read More

IL-LUSSEMBURGU TIKKONSIDRA APPELL KONTRA L-KUMMISSJONI EWROPEA
Read More

IS-SANZJONIJIET KONTRA R-RUSSJA ESTIŻI B’SITT XHUR
Read More

X’INHUMA L-FONDI TERRITORJALI U X’INHU L-ITALJA/MALTA
Read More

CHRISTMAS MARKETS
Read More
Post a comment