Ix-xitwa fl-Ewropa mhix biss riġida bil-kesħa iżda taf tkun ħelwa wkoll fost oħrajn permezz tal-‘Christmas markets.’ L-aħjar bliet għal ‘Christmas markets’ huma l-Ġermanja, ir-Renju Unit, Franza, l-Belġju, l-Isvezja, il-Finlandja, l-Awstrija u l-Kroazja. Ħafna drabi ‘Christmas market’ ikun armat fi pjazza u jibqa’ sejjer fit-toroq tal-madwar li jkunu żoni pedonali. Tipikament wieħed isib affarijiet bħal brieret tas-suf u ħwejjeġ tax-xitwa, oġġetti tal-ġilda, dekorazzjonijiet tal-milied, ġugarelli tal-injam, kotba, ornamenti magħmulin bl-idejn u l-isbaħ ħaġa – l-ikel u x-xorb! Tazza ‘mulled wine’ sħuna ddaħħlek f’atmosfera festiva u ssaħħanlek qalbek fil-kesħa xxoqq il-għadam f’temperaturi taħt iż-żero.
Fil-‘Chrismas markets’ issib ‘delicacies’ tipikament ta’ dan iż-żmien tas-sena. Lebkuchen huma gallettini simili għal gingerbread. Jistgħu jkunu rotob jew iqarmċu u tipikament ikollhom miktub messaġġ bl-icing fuqhom. Ħelu tipikament assoċjat mal-Milied huwa l-Istrollen cake jew Christstollen li hu cake tal-frott. Ma jonqosx ukoll ħelu u kejkijiet oħra tipikament tar-reġjuni li fih ikun il-‘market’ kif ukoll il-crepes, il-pretzels, il-qastan sħun u varjeta` ta’ ikel ieħor bħal zalzett, kebabs u laħmijiet varji, sopop u ġobnijiet.
Il-‘Christmas markets’ huma festa ta’ artiġjanat, kuluri festivi fejn jispikkaw l-aktar id-dwal u d-dekorazzjonijiet tal-Milied. Ma tonqosx is-siġra tal-Milied kollha mdawla u x-xena tan-nativita`. L-atmosfera li joħolqu dawn il-‘markets’ qed tiġbed dejjem aktar nies tant li qed jinħoloq turiżmu apposta għalihom.

Malta u l-Unjoni Ewropea NL29
Read More

MHUX AĊĊETTABBLI LI L-FRONTEX JIPPREVALI FUQ IL-KOMPETENZI NAZZJONALI
Read More

L-ISTATI UNITI MWERWRA MINN ‘TERRORISTI EWROPEJ’
Read More

L-AWSTRIJA TIBNI ĦAJT MAS-SLOVENJA
Read More

413,800 JITOLBU L-AŻIL FL-UE
Read More

IL-ĠERMANJA TINSISTI LI L-PAJJIŻI TAL-UE JOĦORĠU €3 BILJUN GĦAT-TURKIJA
Read More

MEPS MALTIN U ĊIPRIJOTTI F’MINORANZA KONTRA L-ARMONIZZAZZJONI TAT-TAXXI
Read More

SOLUZZJONIJIET EWROPEJ LI JAQBLU GĦAL MALTA
Read More

IĊ-ĊAQLIQ TAL-ĦADDIEMA L-AKTAR GĦADMA IEBSA GĦAR-RENJU UNIT
Read More

JEĦTIEĠ EVALWAZZJONI TAL-UNJONI EKONOMIKA U MONETARJA
Read More

IĊ-ĊAVETTA GĦAD-DĦUL TAS-SERBJA FL-UE
Read More

MALTA T-TIELET BL-AKTAR TKABBIR FIŻ-ŻONA EWRO
Read More

IL-KUMMISSJONI EWROPEA TINVESTIGA LIL McDONALD’S
Read More

IL-LUSSEMBURGU TIKKONSIDRA APPELL KONTRA L-KUMMISSJONI EWROPEA
Read More

IS-SANZJONIJIET KONTRA R-RUSSJA ESTIŻI B’SITT XHUR
Read More

X’INHUMA L-FONDI TERRITORJALI U X’INHU L-ITALJA/MALTA
Read More

CHRISTMAS MARKETS
Read More
Post a comment