It-tnax Ewroparlamentari Maltin u Ċiprijotti vvotaw kontra rapport li jipproponi l-armonizzazzjoni tat-taxxi fil-Parlament Ewropej. Minkejja dan, ir-rapport għadda b’500 vot favur, 122 kontra u 81 astensjoni. Ir-rapport ippreżentat quddiem il-Parlament Ewropew jipproponi miżuri li jressqu lill-UE biex tintroduċi sistema waħda ta’ tassazzjoni fost il-pajjiżi kollha tal-UE.
Waqt dan id-dibattitu Alfred Sant, Kap tad-Delegazzjoni Laburista spjega għaliex kien se jivvota kontra r-rapport. Huwa qal li l-kompetizzjoni fit-taxxa għandha tibqa’ responsabbilta` tal-gvernijiet nazzjonali tal-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea.
‘Dan imur kontra l-interessi tal-ekonomiji ż-żgħar tal-Unjoni Ewropea li m’għandhomx l-istess vantaġġi li għandhom il-pajjiżi l-kbar. Il-pajjiżi ż-żgħar diġa` huma mxekkla mill-flessibilita` li tant jeħtieġu. L-ekonomiji ż-żgħar tal-UE diġa` huma marbuta bil-konverġenza tar-rati tal-VAT, ir-regoli ta’ ‘State Aid’, il-munita waħda, ir-regoli tas-‘six pack/two pack li jkollhom jiġu applikati għall-Budgets tagħhom’.
Dr. Sant qal li konsegwenza ta’ dan, kibru d-diverġenzi strutturali fl-Unjoni Ewropea, minflok naqsu. ‘Jekk issa se nnaqsu l-flessibilita` fit-taxxa tal-ekonomiji ż-żgħar, se nkomplu nżidu dawn id-differenzi. Dan huwa inġust, ma jiffunzjonax u mhux aċettabbli.’
Dr. Sant qal li kien jaqbel mal-proposti fir-rapport li jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar it-titjib fit-trasparenza dwar il-miżuri fit-taxxi fil-pajjiżi tal-UE. ‘Nappoġġja dawn il-miżuri biex ikun hemm trasparenza fil-politika nazzjonali tal-pajjiżi msieħba’.
Ir-rapport ġie ppreżentat lill-Parlament Ewropew minn Annelise Dodds (UK S&D) u Ludek Niedermayer (EPP).
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/09/image-e1445443396491-300x300.jpeg)
Malta u l-Unjoni Ewropea NL29
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/12/1.bigstock-People-Protesting-Manifestatio-88948097-300x300.jpg)
MHUX AĊĊETTABBLI LI L-FRONTEX JIPPREVALI FUQ IL-KOMPETENZI NAZZJONALI
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/12/2.bigstock-Brooklyn-Bridge-and-The-Statue-52960651-300x300.jpg)
L-ISTATI UNITI MWERWRA MINN ‘TERRORISTI EWROPEJ’
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/12/3.-bigstock-Hands-Holding-On-Chain-Link-Fe-94421510-300x300.jpg)
L-AWSTRIJA TIBNI ĦAJT MAS-SLOVENJA
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/12/4.bigstock-Hundreds-Of-Immigrants-Are-In-102778646-300x300.jpg)
413,800 JITOLBU L-AŻIL FL-UE
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/12/5.bigstock-people-in-refugee-camp-99404117-300x300.jpg)
IL-ĠERMANJA TINSISTI LI L-PAJJIŻI TAL-UE JOĦORĠU €3 BILJUN GĦAT-TURKIJA
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/12/6.bigstock-Tax-rates-107380277-300x300.jpg)
MEPS MALTIN U ĊIPRIJOTTI F’MINORANZA KONTRA L-ARMONIZZAZZJONI TAT-TAXXI
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/12/7._MG_5050-Large-300x300.jpg)
SOLUZZJONIJIET EWROPEJ LI JAQBLU GĦAL MALTA
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/12/8.bigstock-Brexit-text-with-British-and-E-93444095-300x300.jpg)
IĊ-ĊAQLIQ TAL-ĦADDIEMA L-AKTAR GĦADMA IEBSA GĦAR-RENJU UNIT
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/12/9.20151215_EP-029888A_MCH_010-copy-300x300.jpg)
JEĦTIEĠ EVALWAZZJONI TAL-UNJONI EKONOMIKA U MONETARJA
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/12/10.bigstock-Red-Push-Pin-On-Map-Of-Serbia-76895240-300x300.jpg)
IĊ-ĊAVETTA GĦAD-DĦUL TAS-SERBJA FL-UE
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/12/11.bigstock-Colored-Bar-Graph-With-Red-Arr-69412774-300x300.jpg)
MALTA T-TIELET BL-AKTAR TKABBIR FIŻ-ŻONA EWRO
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/12/12.MCDONALDS-300x300.jpg)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA TINVESTIGA LIL McDONALD’S
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/12/13.-luxembourg-300x300.jpg)
IL-LUSSEMBURGU TIKKONSIDRA APPELL KONTRA L-KUMMISSJONI EWROPEA
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/12/14.bigstock-Russia-vs-EU-Boxing-gloves-wi-77950418-300x300.jpg)
IS-SANZJONIJIET KONTRA R-RUSSJA ESTIŻI B’SITT XHUR
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/12/Screen-Shot-2015-12-03-at-7.03.47-PM-300x300.png)
X’INHUMA L-FONDI TERRITORJALI U X’INHU L-ITALJA/MALTA
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/12/16.bigstock-Gingerbread-man-with-Christmas-108179840-300x300.jpg)
CHRISTMAS MARKETS
Read More
Post a comment