Alfred Sant, Kap tad-delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew insista li Malta għandha bżonn l-aqwa soluzzjonijiet li jaqblu għaċ-ċirkostanzi partikolari tagħħa u mhux deċiżjonijiet ta’ one-size-fits-all. Dr. Sant, li kien qed jindirizza sala mimlija nies waqt seminar ‘X’qed jistennew il-Maltin mill-Unjoni Ewropea’ fin-Naxxar, qal li l-akbar sfida li għandna quddiemna hija li nifhmu r-realtajiet u naħdmu favur l-aħjar soluzzjonijiet għall-Ewropa u anki għal Malta. Mill-perspettiva Maltija, l-aħjar soluzzjonijiet għandhom jinkludu qabel kollox politika ekonomika fiż-żona ewro li tħalli biżżejjed flessibilita` lil stati membri ċkejkna biex jiġġeneraw l-investiment u l-impjiegi. Sfortunatament, it-tendenza s’issa kienet ta’ politika ‘one-size-fits all’. L-Unjoni dejjem tiċħad li twettaq politika ta’ dan it-tip; imma jekk din il-politika ma tgħaddix mill-bieb, dejjem narawha dieħla mqar mit-tieqa. Politika ‘one-size-fits all’ tidher fl-applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna tal-istat, kontrolli fil-baġits bir-regoli taż-żona ewro, l-unjoni bankarja u issa, il-ġibda lejn il-konverġenza fit-taxxi.

Dr Sant qal li matul din is-sena, l-Ewropa ffaċċat għadd ta’ kriżijiet: il-problemi mar-Russja dwar l-Ukraina; staġnar kontinwu fl-ekonomiji Ewropej; il-kriżi taż-żona ewro minħabba l-Greċja; il-mewġ ta’ immigranti li l-ewwel bdew ġejjin mill-Afrika, imbagħad bdew ġejjin mis-Sirja; it-theddida tat-terroriżmu.

Ikun fl-interess ta’ Malta li l-Unjoni Ewropea tegħleb il-problema mifruxa tal-qgħad fost iż-żgħażagħ. Jekk se tkompli tippersisti, l-effetti ta’ din il-problema nistgħu nħossuhom aħna wkoll kemm ekonomikament u kemm soċjalment.

Ikun jaqbel għal Malta jekk l-UE tadotta politika koerenti dwar l-immigrazzjoni u l-ażil. Jeħtieġ li t-toqol li dan il-bilanċ iġib miegħu, jrid ikun mqassam b’mod ġust bejn l-Istati Membri. Qabel aktar ħidma favur ‘aktar’ Ewropa, jeħtieġ li ssir analiżi ċara dwar l-istat li fih qiegħda l-Ewropa. Inkella r-riskju li fil-futur l-Unjoni tisfaxxa internament jiżdied – u dan ma jkunx fl-interess ta’ Malta. Dan it-tip ta’ assessjar ma għandux jitħalla biss f’idejn il-politiċi u l-esperti, li twieldu u għexu fi Brussell u li għandhom interess personali lejn ‘aktar’ Ewropa, emfasizza Alfred Sant.

Malta u l-Unjoni Ewropea NL29

Din hija ittra elettronika maħruġa mill-uffiċċju tal-Membru Parlamentari Ewropew Dr Alfred Sant. L-ittra elettronika tasal bl-email lil dawk li rreġistraw ...
Read More

MHUX AĊĊETTABBLI LI L-FRONTEX JIPPREVALI FUQ IL-KOMPETENZI NAZZJONALI

Mhux aċċettabbli li Frontex ġdid ikollu l-poter jidħol fil-kompetenzi nazzjonali. Ħafna stati li qegħdin imissu mal-Fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea huma ...
Read More

L-ISTATI UNITI MWERWRA MINN ‘TERRORISTI EWROPEJ’

L-Istati Uniti qed tipprova tagħlaq it-toqob li jħallu terroristi jivvjaġġaw lejha b’passaporti Ewropej. Il-Kamra tar-Rappreżentanti Amerikana vvotat biex iżżid il-kontroll ...
Read More

L-AWSTRIJA TIBNI ĦAJT MAS-SLOVENJA

L-Awstrija bdiet tibni ħajt 37km twil u għoli 2 metri matul il-fruntiera tagħha mas-Slovenja. L-Awstrija, bħas-Slovenja, hija membru taż-żona Schengen ...
Read More

413,800 JITOLBU L-AŻIL FL-UE

Kien hemm 413,800 talba għall-ażil fit-tielet kwart tas-sena, id-doppu tat-tielet kwart tas-sena l-oħra. L-għadd ta’ Sirjani u Iraqqini kienu 138,000 ...
Read More

IL-ĠERMANJA TINSISTI LI L-PAJJIŻI TAL-UE JOĦORĠU €3 BILJUN GĦAT-TURKIJA

Il-Ġermanja qed tinsisti li l-pajjiżi kollha membri tal-UE bejniethom joħorġu s-somma ta’ €3 biljun ewro biex it-Turkija żżomm u tintegra ...
Read More

MEPS MALTIN U ĊIPRIJOTTI F’MINORANZA KONTRA L-ARMONIZZAZZJONI TAT-TAXXI

It-tnax Ewroparlamentari Maltin u Ċiprijotti vvotaw kontra rapport li jipproponi l-armonizzazzjoni tat-taxxi fil-Parlament Ewropej. Minkejja dan, ir-rapport għadda b’500 vot ...
Read More

SOLUZZJONIJIET EWROPEJ LI JAQBLU GĦAL MALTA

Alfred Sant, Kap tad-delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew insista li Malta għandha bżonn l-aqwa soluzzjonijiet li jaqblu għaċ-ċirkostanzi partikolari tagħħa u ...
Read More

IĊ-ĊAQLIQ TAL-ĦADDIEMA L-AKTAR GĦADMA IEBSA GĦAR-RENJU UNIT

L-aktar għadma iebsa waqt in-negozjati bejn ir-Renju Unit u l-UE hija ċ-ċaqliq liberu tal-ħaddiema. Dan il-punt u għadd ta’ talbiet ...
Read More

JEĦTIEĠ EVALWAZZJONI TAL-UNJONI EKONOMIKA U MONETARJA

L-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew li jeħtieġ evalwazzjoni tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (EMU). Dr. Sant qal li lil ...
Read More

IĊ-ĊAVETTA GĦAD-DĦUL TAS-SERBJA FL-UE

Il-Kummissjoni Ewropea fetħet l-ewwel żewġ kapitli għad-dħul tas-Serbja fl-Unjoni Ewropea. Dawn huma Kapitlu 13, dak tal-kontroll finanzjarju u Kapitlu 35, ...
Read More

MALTA T-TIELET BL-AKTAR TKABBIR FIŻ-ŻONA EWRO

Għal perijodu Lulju-Settembru l-PGD żdied b’0.3% fiż-żona ewro u b’0.4% fit-28 membru tal-UE, meta kkomparat mal-istess perijodu s-sena l-oħra. Ċifri ...
Read More

IL-KUMMISSJONI EWROPEA TINVESTIGA LIL McDONALD’S

Il-Kummissjoni Ewropea qed tistħarreġ il-possibilita` li l-Lussemburgu uża l-liġi b’tali mod li ffavorixxa l-kumpanija multinazzjonali McDonald’s. Għalhekk iddeċidiet li tiftaħ ...
Read More

IL-LUSSEMBURGU TIKKONSIDRA APPELL KONTRA L-KUMMISSJONI EWROPEA

Il-Lussemburgu qed jikkonsidra għandux jappella kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li ordnatlu jiġbor bejn €20 miljun u €30 miljun mill-kumpanija Fiat ...
Read More

IS-SANZJONIJIET KONTRA R-RUSSJA ESTIŻI B’SITT XHUR

Is-sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea kontra r-Russja mistennija jiġu estiżi b’mod formali għal sitt xhur oħra. Din id-deċiżjoni hija marbuta mal-miżuri kontra ...
Read More

X’INHUMA L-FONDI TERRITORJALI U X’INHU L-ITALJA/MALTA

L-Unjoni Ewropea għandha fondi maħsuba biex jintefqu bejn numru ta’ pajjiżi waqt ħidma jew proġett li jkunu qed jagħmlu flimkien ...
Read More

CHRISTMAS MARKETS

Ix-xitwa fl-Ewropa mhix biss riġida bil-kesħa iżda taf tkun ħelwa wkoll fost oħrajn permezz tal-‘Christmas markets.’ L-aħjar bliet għal ‘Christmas ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment