L-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew li jeħtieġ evalwazzjoni tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (EMU). Dr. Sant qal li lil hinn mill-konsolidament ta’ strutturi maniġerjali eżistenti, hemm bżonn nevalwaw kif żviluppat l-Unjoni Ekonomika u Monetarja sa issa. Dr. Sant kien fost għadd ta’ membri parlamentari ewropej li kkummentaw dwar il-proposti biex titlesta l-Unjoni Ekonomika Ewropea.

Dr Sant staqsa wasalx il-waqt li nirriflettu fil-fond dwar il-forma tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja. ‘Jeħtieġ li naħsbu f’affarijiet ġodda biex naġġornaw dak li hemm imma mingħajr ma ninsew dak li ksibna? Filwaqt li nuru dieqa dwar in-nuqqas ta’ kompetittivita’, jista’ jkun li r-regoli tat-Tkabbir u Stabilita` stess qed joħonqu l-kompetittivita`?’ Għaliex permezz ta’ ‘aktar Ewropa’ ma rnexxilniex insiru aktar kompetittivi u nakkwistaw aktar investiment? It-twaqqif ta’ kunsilli burokratiċi li jippridkaw dwar il-kompetittivita` kienet tweġiba tajba għal dan kollu? Hemm bżonn nirrevedu r-regoli ta’ Stabilita` u Tkabbir? Lil hinn minn strutturi maniġerjali li jqarrbuna aktar, jeħtieġ li ssir evalwazzjoni fil-fond ta’ kif l-Unjoni Ekonomika u Monetarja żviluppat u kibret sa issa.’ enfasizza Dr Sant.

Dr Sant qal li l-istrutturi li hemm x’aktarx huma biżżejjed biex jipproteġu l-ewro jekk terġa’ sseħħ kriżi simili ta’ dik tal-2008. ‘Imma huma biżżejjed għal tipi ġodda ta’ kriżijiet li jistgħu jinqalgħu? Pereżempju, id-diffikultajiet tal-lum qed jinħolqu mill-istaġnar u l-fraġilita` ekonomika; nuqqas ta’ ħolqien ta’ xogħol u kompetittivita`; investiment pubbliku u privat limitat ħafna. Dawn il-problemi ma tantx ġew solvuti b’suċċess.’

Il-President tal-Eurogroup Jeroen Dijsselbloem enfasizza li t-tisħiħ tal-EMU jinkiseb b’aktar progress fuq it-tnaqqis u l-qsim tar-riskji finanzjarji. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker staqsa ‘x’jista jkun hemm aktar urġenti milli nipproteġu t-tfaddil taċ-ċittadini tagħna u nsaħħu l-fiduċja fis-sistema bankarja tagħna?’ MEPs oħra iddiskutew il-prijoritajiet ekonomiċi u soċjali tal-UE għas-sena 2016 kif imfassla fis-Survey tat-tkabbir annwali, u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż membru taż-żona ewro.

Segwi d-diskors ta’ Dr Sant fuq din il-link:

https://www.youtube.com/watch?v=yIe8YF9Fyvk

Malta u l-Unjoni Ewropea NL29

Din hija ittra elettronika maħruġa mill-uffiċċju tal-Membru Parlamentari Ewropew Dr Alfred Sant. L-ittra elettronika tasal bl-email lil dawk li rreġistraw ...
Read More

MHUX AĊĊETTABBLI LI L-FRONTEX JIPPREVALI FUQ IL-KOMPETENZI NAZZJONALI

Mhux aċċettabbli li Frontex ġdid ikollu l-poter jidħol fil-kompetenzi nazzjonali. Ħafna stati li qegħdin imissu mal-Fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea huma ...
Read More

L-ISTATI UNITI MWERWRA MINN ‘TERRORISTI EWROPEJ’

L-Istati Uniti qed tipprova tagħlaq it-toqob li jħallu terroristi jivvjaġġaw lejha b’passaporti Ewropej. Il-Kamra tar-Rappreżentanti Amerikana vvotat biex iżżid il-kontroll ...
Read More

L-AWSTRIJA TIBNI ĦAJT MAS-SLOVENJA

L-Awstrija bdiet tibni ħajt 37km twil u għoli 2 metri matul il-fruntiera tagħha mas-Slovenja. L-Awstrija, bħas-Slovenja, hija membru taż-żona Schengen ...
Read More

413,800 JITOLBU L-AŻIL FL-UE

Kien hemm 413,800 talba għall-ażil fit-tielet kwart tas-sena, id-doppu tat-tielet kwart tas-sena l-oħra. L-għadd ta’ Sirjani u Iraqqini kienu 138,000 ...
Read More

IL-ĠERMANJA TINSISTI LI L-PAJJIŻI TAL-UE JOĦORĠU €3 BILJUN GĦAT-TURKIJA

Il-Ġermanja qed tinsisti li l-pajjiżi kollha membri tal-UE bejniethom joħorġu s-somma ta’ €3 biljun ewro biex it-Turkija żżomm u tintegra ...
Read More

MEPS MALTIN U ĊIPRIJOTTI F’MINORANZA KONTRA L-ARMONIZZAZZJONI TAT-TAXXI

It-tnax Ewroparlamentari Maltin u Ċiprijotti vvotaw kontra rapport li jipproponi l-armonizzazzjoni tat-taxxi fil-Parlament Ewropej. Minkejja dan, ir-rapport għadda b’500 vot ...
Read More

SOLUZZJONIJIET EWROPEJ LI JAQBLU GĦAL MALTA

Alfred Sant, Kap tad-delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew insista li Malta għandha bżonn l-aqwa soluzzjonijiet li jaqblu għaċ-ċirkostanzi partikolari tagħħa u ...
Read More

IĊ-ĊAQLIQ TAL-ĦADDIEMA L-AKTAR GĦADMA IEBSA GĦAR-RENJU UNIT

L-aktar għadma iebsa waqt in-negozjati bejn ir-Renju Unit u l-UE hija ċ-ċaqliq liberu tal-ħaddiema. Dan il-punt u għadd ta’ talbiet ...
Read More

JEĦTIEĠ EVALWAZZJONI TAL-UNJONI EKONOMIKA U MONETARJA

L-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew li jeħtieġ evalwazzjoni tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (EMU). Dr. Sant qal li lil ...
Read More

IĊ-ĊAVETTA GĦAD-DĦUL TAS-SERBJA FL-UE

Il-Kummissjoni Ewropea fetħet l-ewwel żewġ kapitli għad-dħul tas-Serbja fl-Unjoni Ewropea. Dawn huma Kapitlu 13, dak tal-kontroll finanzjarju u Kapitlu 35, ...
Read More

MALTA T-TIELET BL-AKTAR TKABBIR FIŻ-ŻONA EWRO

Għal perijodu Lulju-Settembru l-PGD żdied b’0.3% fiż-żona ewro u b’0.4% fit-28 membru tal-UE, meta kkomparat mal-istess perijodu s-sena l-oħra. Ċifri ...
Read More

IL-KUMMISSJONI EWROPEA TINVESTIGA LIL McDONALD’S

Il-Kummissjoni Ewropea qed tistħarreġ il-possibilita` li l-Lussemburgu uża l-liġi b’tali mod li ffavorixxa l-kumpanija multinazzjonali McDonald’s. Għalhekk iddeċidiet li tiftaħ ...
Read More

IL-LUSSEMBURGU TIKKONSIDRA APPELL KONTRA L-KUMMISSJONI EWROPEA

Il-Lussemburgu qed jikkonsidra għandux jappella kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li ordnatlu jiġbor bejn €20 miljun u €30 miljun mill-kumpanija Fiat ...
Read More

IS-SANZJONIJIET KONTRA R-RUSSJA ESTIŻI B’SITT XHUR

Is-sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea kontra r-Russja mistennija jiġu estiżi b’mod formali għal sitt xhur oħra. Din id-deċiżjoni hija marbuta mal-miżuri kontra ...
Read More

X’INHUMA L-FONDI TERRITORJALI U X’INHU L-ITALJA/MALTA

L-Unjoni Ewropea għandha fondi maħsuba biex jintefqu bejn numru ta’ pajjiżi waqt ħidma jew proġett li jkunu qed jagħmlu flimkien ...
Read More

CHRISTMAS MARKETS

Ix-xitwa fl-Ewropa mhix biss riġida bil-kesħa iżda taf tkun ħelwa wkoll fost oħrajn permezz tal-‘Christmas markets.’ L-aħjar bliet għal ‘Christmas ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment