Il-Kummissjoni Ewropea fetħet l-ewwel żewġ kapitli għad-dħul tas-Serbja fl-Unjoni Ewropea. Dawn huma Kapitlu 13, dak tal-kontroll finanzjarju u Kapitlu 35, dak tan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn is-Serbja u l-Kosovo. Johannes Hahn, Kummissarju għat-tkabbir tal-UE qal li dawn iż-żewġ kapitli jridu jkunu l-bidu tas-sustanza tal-proċess ta’ assoċċjazzjoni. ‘Minn hawn il-ħsieb ta’ sħubija sħiħa tas-Serbja jsir tanġibbli u skop li jista’ jintlaħaq. Ix-xogħol reali għad irid jibda.’ Hahn qal dan f’Konferenza tal-Aħbarijiet mal-Prim Ministru Serb Aleksandar Vucic. ‘Nittama li niftħu l-kapitli l-oħra f’nofs 2016 dwar id-drittijiet tal-bniedem, is-sigurta` u l-ħelsien u l-ġustizzja, li huma kruċjali għas-sħubija gradwali tas-Serbja mal-UE’.
Hahn enfasizza dwar l-ftehim tas-Serbja mal-Kosovo u t-tisħiħ tar-relazzjonijiet mal-pajjiżi ġirien. Mhux biss. Jeħtieġ riformi fil-Ġudikatura, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-liberta` tal-espressjoni, l-amministrazzjoni pubblika, l-anti-diskriminazzjoni u l-ekonomija. ‘Dawn mhumiex negozjabbli’, qal Hahn, li enfasizza l-aktar in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet mal-Kosovo. Din se tkun iċ-ċavetta għad-dħul tas-Serbja fl-UE.
Malta u l-Unjoni Ewropea NL29
Read More
MHUX AĊĊETTABBLI LI L-FRONTEX JIPPREVALI FUQ IL-KOMPETENZI NAZZJONALI
Read More
L-ISTATI UNITI MWERWRA MINN ‘TERRORISTI EWROPEJ’
Read More
L-AWSTRIJA TIBNI ĦAJT MAS-SLOVENJA
Read More
413,800 JITOLBU L-AŻIL FL-UE
Read More
IL-ĠERMANJA TINSISTI LI L-PAJJIŻI TAL-UE JOĦORĠU €3 BILJUN GĦAT-TURKIJA
Read More
MEPS MALTIN U ĊIPRIJOTTI F’MINORANZA KONTRA L-ARMONIZZAZZJONI TAT-TAXXI
Read More
SOLUZZJONIJIET EWROPEJ LI JAQBLU GĦAL MALTA
Read More
IĊ-ĊAQLIQ TAL-ĦADDIEMA L-AKTAR GĦADMA IEBSA GĦAR-RENJU UNIT
Read More
JEĦTIEĠ EVALWAZZJONI TAL-UNJONI EKONOMIKA U MONETARJA
Read More
IĊ-ĊAVETTA GĦAD-DĦUL TAS-SERBJA FL-UE
Read More
MALTA T-TIELET BL-AKTAR TKABBIR FIŻ-ŻONA EWRO
Read More
IL-KUMMISSJONI EWROPEA TINVESTIGA LIL McDONALD’S
Read More
IL-LUSSEMBURGU TIKKONSIDRA APPELL KONTRA L-KUMMISSJONI EWROPEA
Read More
IS-SANZJONIJIET KONTRA R-RUSSJA ESTIŻI B’SITT XHUR
Read More
X’INHUMA L-FONDI TERRITORJALI U X’INHU L-ITALJA/MALTA
Read More
CHRISTMAS MARKETS
Read More
Post a comment