Il-Kummissjoni Ewropea qalet li l-Bulgarija għadha ma laħqitx il-kundizzjonijiet kollha biex tadotta l-munita ewro f’analiżi dwar il-pajjiżi futuri kandidati biex jidħlu fiż-żona ewro. Il-Bulgarija – wieħed mill-ifqar pajjiżi membri tal-UE – trid tidħol fiż-żona ewro u tixtieq tibda l-proċess ta’ sentejn li jħejjiha għal dan il-għan.

Il-pajjiżi membri kollha ħlief ir-Renju Unit (li ħiereġ mill-UE) u d-Danimarka, huma obbligati legalment li jaddottaw il-munita tal-ewro meta jkunu laħqu l-kriterji meħtieġa. Apparti l-Bulgarija, is-sitt pajjiżi obbligati li jaddottaw l-ewro huma Kroazja, Ungerija, Polonja, Repubblika Ċeka, Romanija u Svezja. Il-Kummissjoni Ewropea qalet li l-ebda pajjiż ma laħaq il-kriterji kollha.

Biex pajjiż jadotta l-ewro għal perijodu twil ta’ żmien jeħtieġ ikollu rati ta’ interessi baxxi , inflazzjoni, defiċit tal-gvern u dejn baxxi u rata tal-kambju stabbli mal-ewro. Irid ikollu wkoll bank ċentrali indipendenti u jkun integrat tajjeb fl-ekonomija taż-żona ewro. Għalkemm il-Bulgarija laħqet mal-ewwel kriterji msemmija, ma laħqitx mar-rekwiżit ta’ bank ċentrali indipendenti u lanqas ma’ rata tal-kambju stabbli mal-ewro.

Il-falliment f’Ġunju 2014 tal-Bank Kummerċjali Korporattiv (CCB, magħruf ukoll bħala Corpbank), ir-raba’ l-ikbar fil-pajjiż, tefa’ dell fuq it-tmexxija tal-banek fil-pajjiż.

Jeżisti tħassib li jekk Sofia ma tkunx imħejjija sew għaż-żona ewro, il-Bulgarija tista’ ssir Greċja oħra. Hemm stati membri tal-UE li ma jixtiqux li l-Bulgarija tidħol fl-ewro fil-futur qarib minħabba l-korruzzjoni mifruxa tal-pajjiż.

IL-POPULISTI MA JRIDUX ESPERTI FINANZJARJI JMEXXU L-ITALJA

L-Ewropa tistenna l-iżviluppi fl-Italja wara li l-President Taljan Mattarella ma aċċettax il-ħatra ta’ Paolo Savona bħala Ministru tal-Finanzi fil-gvern li ...
Read More

JONQSU L-IMMIGRANTI FIL-MEDITERRAN ĊENTRALI, JIŻDIEDU FIL-LVANT

Kien hemm tnaqqis fil-wasliet tal-immigranti fil-Mediterran Ċentrali, iżda żdiedu l-immigranti fil-Lvant tal-Mediterran. F’April kien hemm 10, 500 traġitt irregolari fir-rotot ...
Read More

JIKKONTESTA DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI EWROPEA DWAR MALTA

F’Mistoqsija Parlamentari urġenti lill-Kummissjoni Ewropea Alfred Sant ikkontesta dikjarazzjoni tal-KE li qalet li rakkomandazzjonijet speċifiċi dwar ‘non-performing loans’ kienu indirizzati ...
Read More

ALI KHAMENEI JŻID IL-PRESSJONI FUQ L-EWROPEJ

Il-Mexxej Suprem tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, Ayatollah Ali Khamenei, qed jitfa’ pressjoni fuq l-Ewropej, b’lista ta’ ilmenti għal pajjiżu biex jibqa’ ...
Read More

IL-BULGARIJA BARRA Ż-ŻONA EWRO

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li l-Bulgarija għadha ma laħqitx il-kundizzjonijiet kollha biex tadotta l-munita ewro f’analiżi dwar il-pajjiżi futuri kandidati biex ...
Read More

L-EBDA GARANZIJA  DWAR PENSJONIJIET U INSURANCES WARA L-BREXIT

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Waldis Dombrovskis qal li l-UE ma tistax tagħti garanziji li – irrispettivament mir-riżultati tan-negozjati dwar il-Brexit ...
Read More

RESTRIZZJONIJIET FUQ GAZPROM

Il-Kummissjoni Ewropea ordnat lil kumpanija tal-gass Russa Gazprom biex timxi ma’ numru ta’ regoli bl-għan li tissaħħaħ il-kompetizzjoni fis-suq tal-gass ...
Read More

FAVUR FINANZJAMENT SOSTENIBBLI GĦALL-INDUSTRIJI ŻGĦAR U MEDJI

L-istrateġiji tal-UE għal finanzjamenti sostenibbli tal-qasam tal-manifattura għandhom jimmiraw speċifikament lill-industriji żgħar u medji (SMEs). Dan qalu Alfred Sant meta ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment