Kien hemm tnaqqis fil-wasliet tal-immigranti fil-Mediterran Ċentrali, iżda żdiedu l-immigranti fil-Lvant tal-Mediterran. F’April kien hemm 10, 500 traġitt irregolari fir-rotot komuni wżati mill-immigranti. Il-Frontex (l-Aġenzija Ewropea tal-Gwardji tal-Kosta u Ħarsien tal-Fruntieri) qalet li dan juru tnaqqis ta’ terz fuq ix-xahar ta’ April tas-sena l-oħra. Fl-ewwel erba’ xhur tas-sena 2018, in-numru totali ta’ traġitti irregolari naqsu b’44% meta kkomparat mad-29, 700 tas-sena l-oħra, l-aktar minħabba tnaqqis fir-rotta tal-Mediterran Ċentrali.

Kien hemm żieda fl-għadd ta’ immigranti fuq ir-rotta tal-Lvant tal-Mediterran, b’mod partikolari fil-fruntiera mat-Turkija.

F’April, in-numru ta’ immigranti irregolari li wżaw ir-rotta tal-Lvant tal-Mediterran laħaq is-6, 700, żewġ-terzi aktar mix-xahar ta’ qabel. Fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena, aktar minn 14, 900 immigrant daħlu fl-UE mir-rotta tal-Lvant tal-Mediterran, 92% aktar mill-istess perijodu tas-sena l-oħra. Din ir-rotta hija wżata l-aktar mill-immigranti Sirjani u Iraqqini.

Fir-rotta tal-Mediterran tal-Punent in-numru ta’ immigranti illegali wkoll żdied bil-wasliet fi Spanja li laħqu kważi 11, 000, l-aktar Marokkini, żieda ta’ 25% minn April tas-sena l-oħra.

In-numru ta’ immigranti li waslu l-Italja permezz tar-rotta tal-Mediterran Ċentrali f’April naqas għal total ta’ 2, 800. Dan huwa 78% anqas minn April tal-2017. In-numru totali tal-immigranti li nqabdu jużaw din ir-rotta fl-ewwel erba’ xhur tas-sena 2018 naqas għal total ta’ 9, 400 jew tliet kwarti anqas mill-istess perijodu tas-sena l-oħra. Din is-sena l-aktar li użaw din ir-rotta s’issa kienu Tuneżini u Eritreani.

IL-POPULISTI MA JRIDUX ESPERTI FINANZJARJI JMEXXU L-ITALJA

L-Ewropa tistenna l-iżviluppi fl-Italja wara li l-President Taljan Mattarella ma aċċettax il-ħatra ta’ Paolo Savona bħala Ministru tal-Finanzi fil-gvern li ...
Read More

JONQSU L-IMMIGRANTI FIL-MEDITERRAN ĊENTRALI, JIŻDIEDU FIL-LVANT

Kien hemm tnaqqis fil-wasliet tal-immigranti fil-Mediterran Ċentrali, iżda żdiedu l-immigranti fil-Lvant tal-Mediterran. F’April kien hemm 10, 500 traġitt irregolari fir-rotot ...
Read More

JIKKONTESTA DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI EWROPEA DWAR MALTA

F’Mistoqsija Parlamentari urġenti lill-Kummissjoni Ewropea Alfred Sant ikkontesta dikjarazzjoni tal-KE li qalet li rakkomandazzjonijet speċifiċi dwar ‘non-performing loans’ kienu indirizzati ...
Read More

ALI KHAMENEI JŻID IL-PRESSJONI FUQ L-EWROPEJ

Il-Mexxej Suprem tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, Ayatollah Ali Khamenei, qed jitfa’ pressjoni fuq l-Ewropej, b’lista ta’ ilmenti għal pajjiżu biex jibqa’ ...
Read More

IL-BULGARIJA BARRA Ż-ŻONA EWRO

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li l-Bulgarija għadha ma laħqitx il-kundizzjonijiet kollha biex tadotta l-munita ewro f’analiżi dwar il-pajjiżi futuri kandidati biex ...
Read More

L-EBDA GARANZIJA  DWAR PENSJONIJIET U INSURANCES WARA L-BREXIT

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Waldis Dombrovskis qal li l-UE ma tistax tagħti garanziji li – irrispettivament mir-riżultati tan-negozjati dwar il-Brexit ...
Read More

RESTRIZZJONIJIET FUQ GAZPROM

Il-Kummissjoni Ewropea ordnat lil kumpanija tal-gass Russa Gazprom biex timxi ma’ numru ta’ regoli bl-għan li tissaħħaħ il-kompetizzjoni fis-suq tal-gass ...
Read More

FAVUR FINANZJAMENT SOSTENIBBLI GĦALL-INDUSTRIJI ŻGĦAR U MEDJI

L-istrateġiji tal-UE għal finanzjamenti sostenibbli tal-qasam tal-manifattura għandhom jimmiraw speċifikament lill-industriji żgħar u medji (SMEs). Dan qalu Alfred Sant meta ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment