F’Mistoqsija Parlamentari urġenti lill-Kummissjoni Ewropea Alfred Sant ikkontesta dikjarazzjoni tal-KE li qalet li rakkomandazzjonijet speċifiċi dwar ‘non-performing loans’ kienu indirizzati lill-Bulgarija, Ċipru, l-Irlanda, l-Italja u Malta.

Self mal-banek fejn l-imgħaxijiet dovuti u l-pagamenti li bihom il-kapital imsellef ma jintraddx lura lill-bank jissejħu ‘non-performing loans’ (NPL). Din hija problema kruċjali għal banek ewlenin madwar id-dinja u waqfet il-progress għal għaqda bankarja fiż-żona ewro.

Alfred Sant talab lill-KE tispjega għala inkludiet lil Malta fil-Komunikazzjoni, meta l-istess punt ma jidher imkien fir-Rakkomandazzjoni Speċifika indirizzata lil Malta ta’ din is-sena.

Fl-analiżi ekonomika fir-rapport ta’ Marzu 2018, il-KE qalet li l-andament ekonomiku tajjeb ta’ Malta jinsab rifless fis-settur bankarju. Il-KE enfasizzat li ma hemm l-ebda riskji marbuta man-‘non-performing loans’ f’Malta li huwa 3.7% tal-Prodott Gross Nazzjonali.

Skont l-Awtorita` Bankarja Ewropea (EBA), il-medja ta’ ‘non-performing loans’ tal-banek Ewropej hija 4% tal-Prodott Gross Nazzjonali, ogħla minn dik ta’ Malta.

Sant talab lill-KE tikkjarifika x’tikkonsidra li jkun sehem “kbir” ta’  ‘non-performing loans’ tal-banek fil-pajjiżi tal-UE.

Il-Kummissjoni Ewropea hija marbuta li tirrispondi bi prijorita` l-intervent ta’ Alfred Sant.

IL-POPULISTI MA JRIDUX ESPERTI FINANZJARJI JMEXXU L-ITALJA

L-Ewropa tistenna l-iżviluppi fl-Italja wara li l-President Taljan Mattarella ma aċċettax il-ħatra ta’ Paolo Savona bħala Ministru tal-Finanzi fil-gvern li ...
Read More

JONQSU L-IMMIGRANTI FIL-MEDITERRAN ĊENTRALI, JIŻDIEDU FIL-LVANT

Kien hemm tnaqqis fil-wasliet tal-immigranti fil-Mediterran Ċentrali, iżda żdiedu l-immigranti fil-Lvant tal-Mediterran. F’April kien hemm 10, 500 traġitt irregolari fir-rotot ...
Read More

JIKKONTESTA DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI EWROPEA DWAR MALTA

F’Mistoqsija Parlamentari urġenti lill-Kummissjoni Ewropea Alfred Sant ikkontesta dikjarazzjoni tal-KE li qalet li rakkomandazzjonijet speċifiċi dwar ‘non-performing loans’ kienu indirizzati ...
Read More

ALI KHAMENEI JŻID IL-PRESSJONI FUQ L-EWROPEJ

Il-Mexxej Suprem tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, Ayatollah Ali Khamenei, qed jitfa’ pressjoni fuq l-Ewropej, b’lista ta’ ilmenti għal pajjiżu biex jibqa’ ...
Read More

IL-BULGARIJA BARRA Ż-ŻONA EWRO

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li l-Bulgarija għadha ma laħqitx il-kundizzjonijiet kollha biex tadotta l-munita ewro f’analiżi dwar il-pajjiżi futuri kandidati biex ...
Read More

L-EBDA GARANZIJA  DWAR PENSJONIJIET U INSURANCES WARA L-BREXIT

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Waldis Dombrovskis qal li l-UE ma tistax tagħti garanziji li – irrispettivament mir-riżultati tan-negozjati dwar il-Brexit ...
Read More

RESTRIZZJONIJIET FUQ GAZPROM

Il-Kummissjoni Ewropea ordnat lil kumpanija tal-gass Russa Gazprom biex timxi ma’ numru ta’ regoli bl-għan li tissaħħaħ il-kompetizzjoni fis-suq tal-gass ...
Read More

FAVUR FINANZJAMENT SOSTENIBBLI GĦALL-INDUSTRIJI ŻGĦAR U MEDJI

L-istrateġiji tal-UE għal finanzjamenti sostenibbli tal-qasam tal-manifattura għandhom jimmiraw speċifikament lill-industriji żgħar u medji (SMEs). Dan qalu Alfred Sant meta ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment