L-Ewropa tistenna l-iżviluppi fl-Italja wara li l-President Taljan Mattarella ma aċċettax il-ħatra ta’ Paolo Savona bħala Ministru tal-Finanzi fil-gvern li pprova jifforma Giuseppe Conte. Savona, magħruf bħala ‘l-Professur kontra l-Ewro’ kien qed jiġi imbuttat miż-żewġ partiti populisti ta’ Di Maio u Salvini biex imexxi l-finanzi tal-pajjiż. Mattarella qal li ddeċieda favur iċ-ċertezza fis-swieq finanzjarji. Mattarella qal l-inċertezza li kien iġib miegħu Savona qanqlet tħassib fost investituri u dawk li għandhom il-flus depożitati fil-banek Taljani. Mattarella ma xtaqx Prim Ministru li inevitabbilment iwassal lill-Italja biex toħroġ mill-Ewro.
L-Ewropa issa qed tittama għal gvern stabbli fl-Italja, it-tielet l-akbar ekonomija fiż-żona ewro.
“Importanti li jkun hemm gvern stabbli fl-Italja”, wissa Didier Reynders, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Belġju.
“Mhux se jkun faċli li jkun ifformat gvern ġdid. Jekk isiru elezzjonijiet ġodda, ir-riżultat se jkun l-istess.” qal Timo Soini, Ministru tal-Affarijiet tal-Finlandja.
It-Taljana Federica Mogherini, Kelliem għall-Affarijiet Barranin u s-Sigurta` tal-UE qalet li għandha fiduċja sħiħa fl-istituzzjonijiet Taljani biex “jiddefendu l-interess tat-Taljani li jaqbel għas-saħħa tal-UE.”
Il-Moviment 5 Stelle u La Lega qed jargumentaw li Mattarella kkonfiska l-leġittimita` tal-elezzjonijiet fl-Italja. Iddeskrivew lil Carlo Cottarelli – espert tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) li ngħażel minn Mattarella biex imexxi l-Gvern Taljan sakemm isiru elezzjonijiet oħra bikrija – bħala “rappreżentant tal-finanzi internazzjonali.”
Fi tmiem il-ġimgħa mistennija jsiru protesti kbar mill-partiti populisti fl-Italja kontra Mattarella. L-inċertezza mistennija tkompli u aktarx tiżdied.

IL-POPULISTI MA JRIDUX ESPERTI FINANZJARJI JMEXXU L-ITALJA
Read More

JONQSU L-IMMIGRANTI FIL-MEDITERRAN ĊENTRALI, JIŻDIEDU FIL-LVANT
Read More

JIKKONTESTA DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI EWROPEA DWAR MALTA
Read More

ALI KHAMENEI JŻID IL-PRESSJONI FUQ L-EWROPEJ
Read More

IL-BULGARIJA BARRA Ż-ŻONA EWRO
Read More

L-EBDA GARANZIJA DWAR PENSJONIJIET U INSURANCES WARA L-BREXIT
Read More

RESTRIZZJONIJIET FUQ GAZPROM
Read More

FAVUR FINANZJAMENT SOSTENIBBLI GĦALL-INDUSTRIJI ŻGĦAR U MEDJI
Read More
Post a comment