Sigħat qabel laqgħa ma’ Jean Claude Juncker, Il-Prim Ministru Pollakk Mateusz Morawiecki għamel tibdil fil-kabinett f’mossa li ġiet interpreta li xtaq jogħġob lill-Kummissjoni Ewropea. Il-laqgħa saret ġimgħat wara li l-Unjoni ħabbret miżuri dixxipplinari kontra Varsavja minħabba riformi fil-ġudikatura li skont Brussell jheddu s-saltna tal-liġi. It-taħditiet ġew deskritti bħala ‘dettaljati’ u ‘kostruttivi’ u ż-żewġ mexxejja se jerġgħu jiltaqgħu bil-ħsieb li sal-aħħar ta’ Frar isir progress.

Il-Prim Ministru Pollakk, li xahar ilu ħa l-post ta’ Beata Szydlo qal li ma jridx ikun gvern estremist u dogmatiku, iżda jrid ikun gvern li jgħaqqad l-ekonomija u s-soċjeta` kif ukoll id-dimensjoni Ewropea u dik globali. Bil-mossi tiegħu l-Prim Ministru Morawiecki ried jagħti sinjal pożittiv lil Ewropa. Dan wara eskalazzjoni ta’ ġrajjiet bejn Brussell u Varsavja li skattaw proċeduri kontra l-Polonja u li eventwalment iwasslu biex jittiħdilha d-dritt tal-vot f’azzjoni dixxiplinari bla preċedent.

In-nuqqas ta’ qbil jixhed tensjonijiet bejn il-pajjiżi tal-Ewropa tal-Punent u tal-Ewropa tal-Lvant, bl-ex-pajjiżi Sovjetiċi bħal Polonja u l-Ungerija jirrifjutaw li jimxu mal-linja ta’ Brussell fuq suġġetti bħal ġudikatura u l-indipendenza tal-media, kif ukoll dwar l-immigrazzjoni.

L-UE tellgħet lil Polonja l-Qorti minħabba li rrifjutat li tilqa’ immigranti skont is-sistema tal-kwoti li pproponiet il-Kummissjoni.

Il-Gvern Pollakk kellu relazzjonijiet diffiċli mal-President Donald Tusk tant li l-Polonja kienet l-uniku pajjiż li vvota kontra Tusk biex ma jkunx elett mill-ġdid għal terminu ieħor bħala President tal-Kunsill tal-UE f’Marzu li għadda.

TKABBIR TAL-UE FL-2025

L-UE mistennija twiegħed dħul ta’ stati membri ġodda fis-sena 2025 bil-kandidati ewlenin ikunu s-Serbja u l-Montenegro. Pajjiżi oħra tal-Balkani bħal ...
Read More

TRID TISPIĊĊA L-IPOKRESIJA DWAR IT-TURKIJA

Il-Presidenza Bulgara tal-UE fl-ewwel sitt xhur tas-sena tista’ ttejjeb ir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija skont Dimiter Tzantchev, ir-rappreżentant permanenti tal-Bulgarija ...
Read More

L-ISFIDI TA’ MALTA FL-IMMANIĠJAR TAL-ISKART

Alfred Sant faħħar l-impenn tal-Gvern għall-inizjattivi li jagħtu spinta lil Malta fil-qasam tal-immaniġjar tal-iskart u qal li dan is-settur jippreżenta ...
Read More

L-UE KONTRA S-SANZJONIJIET TAL-ISTATI UNITI FUQ CUBA

L-UE wiegħdet l-appoġġ tagħha fil-proċess ta’ riformi f’Cuba, mossa li tistona mal-miżuri riċenti li ħadet l-Istati Uniti bl-għan li tiżola ...
Read More

L-ISTATI MEMBRI SE JIKKONTRIBWIXXU AKTAR MINĦABBA L-BREXIT

L-Istati Membri tal-UE għandhom jikkontribwixxu aktar flus fil-baġit Ewropew, qal il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker. Bit-tluq tar-Renju Unit mistenni ...
Read More

ARTISTI GĦAWDXIN FIL-PARLAMENT EWROPEW

Erba’ artisti kontemporanji Għawdxin se jeżebixxu erbgħa u għoxrin xogħol artistiku fil-Parlament Ewropew fi Brussell bejn is-6 u d-9 ta’ ...
Read More

NUMRU REKORD TA’ IMMIGRANTI GĦAL FRANZA

Franza laqgħet numru rekord ta’ 100,000 applikazzjoni għall-ażil fl-2017. Franza qed taffaċċja influss ta’ immigranti b’mod regolari iżda xorta għadha ...
Read More

JIBDEL IL-MINISTRI QABEL JILTAQA’ MA’ JUNCKER

Sigħat qabel laqgħa ma’ Jean Claude Juncker, Il-Prim Ministru Pollakk Mateusz Morawiecki għamel tibdil fil-kabinett f’mossa li ġiet interpreta li ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment