L-Istati Membri tal-UE għandhom jikkontribwixxu aktar flus fil-baġit Ewropew, qal il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker. Bit-tluq tar-Renju Unit mistenni nuqqas ta’ aktar minn €9 biljun ewro fis-sena. Juncker qal li l-pajjiżi membri se jkollhom jikkontribwixxu aktar biex ikunu finanzjati l-prijoritajiet attwali u futuri tal-Unjoni. Filwaqt li ma semma l-ebda ċifra li tirrifletti ż-żieda, Juncker qal li l-kontribuzzjoni għandha tikber biex il-politika Ewropea tkun implimentata u ffinanzjata tajjeb. Bħalissa bdew it-taħditiet dwar il-qafas finanzjarju tal-Unjoni għall-perijodu 2020 – 2027.

Il-produzzjoni ekonomika annwali totali tal-UE hija ta’ €20 triljun, jew €17.5 triljun jekk ir-Renju Unit jitħalla barra. Il-baġit annwali l-aktar riċenti tal-blokk huwa ta’ €160.1 biljun.

Juncker qal li l-ewwel għandha titfassal l-ambizzjoni politika tal-Unjoni biex imbagħad id-diskussjoni ddur fuq kif se jkunu ffinanzjati dawn l-ambizzjonijiet politiċi. Juncker ma jaqbilx li l-ewwel jintlaħaq limitu ta’ infiq u wara jkunu infilzati l-prijoritajiet taħt dan il-limitu.

“L-ewwel naqblu dwar il-miri li nixtiequ, minn hemm naraw kif se nipprovdu għall-mezzi finanzjarji.” qal Juncker.

Minkejja l-ħofra li se tħalli l-Brexit, l-uffiċċjali tal-Unjoni qegħdin taħt pressjoni biex iżidu l-infiq f’numru ta’ oqsma li jinkludu l-għassa tal-fruntieri u kwistjonijiet oħra relatati mal-immigrazzjoni, kif ukoll l-appoġġ għal dawk ir-reġjuni li mistennija jsofru telf ekonomiku minħabba l-Brexit.

TKABBIR TAL-UE FL-2025

L-UE mistennija twiegħed dħul ta’ stati membri ġodda fis-sena 2025 bil-kandidati ewlenin ikunu s-Serbja u l-Montenegro. Pajjiżi oħra tal-Balkani bħal ...
Read More

TRID TISPIĊĊA L-IPOKRESIJA DWAR IT-TURKIJA

Il-Presidenza Bulgara tal-UE fl-ewwel sitt xhur tas-sena tista’ ttejjeb ir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija skont Dimiter Tzantchev, ir-rappreżentant permanenti tal-Bulgarija ...
Read More

L-ISFIDI TA’ MALTA FL-IMMANIĠJAR TAL-ISKART

Alfred Sant faħħar l-impenn tal-Gvern għall-inizjattivi li jagħtu spinta lil Malta fil-qasam tal-immaniġjar tal-iskart u qal li dan is-settur jippreżenta ...
Read More

L-UE KONTRA S-SANZJONIJIET TAL-ISTATI UNITI FUQ CUBA

L-UE wiegħdet l-appoġġ tagħha fil-proċess ta’ riformi f’Cuba, mossa li tistona mal-miżuri riċenti li ħadet l-Istati Uniti bl-għan li tiżola ...
Read More

L-ISTATI MEMBRI SE JIKKONTRIBWIXXU AKTAR MINĦABBA L-BREXIT

L-Istati Membri tal-UE għandhom jikkontribwixxu aktar flus fil-baġit Ewropew, qal il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker. Bit-tluq tar-Renju Unit mistenni ...
Read More

ARTISTI GĦAWDXIN FIL-PARLAMENT EWROPEW

Erba’ artisti kontemporanji Għawdxin se jeżebixxu erbgħa u għoxrin xogħol artistiku fil-Parlament Ewropew fi Brussell bejn is-6 u d-9 ta’ ...
Read More

NUMRU REKORD TA’ IMMIGRANTI GĦAL FRANZA

Franza laqgħet numru rekord ta’ 100,000 applikazzjoni għall-ażil fl-2017. Franza qed taffaċċja influss ta’ immigranti b’mod regolari iżda xorta għadha ...
Read More

JIBDEL IL-MINISTRI QABEL JILTAQA’ MA’ JUNCKER

Sigħat qabel laqgħa ma’ Jean Claude Juncker, Il-Prim Ministru Pollakk Mateusz Morawiecki għamel tibdil fil-kabinett f’mossa li ġiet interpreta li ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment