L-UE wiegħdet l-appoġġ tagħha fil-proċess ta’ riformi f’Cuba, mossa li tistona mal-miżuri riċenti li ħadet l-Istati Uniti bl-għan li tiżola lil din il-gżira. L-Istati Uniti ilha li imponiet sanzjonijiet fuq Cuba mill-1962.

Ir-Rappreżentanta tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini qalet li s-sanzjonijiet tal-Istati Uniti huma “skaduti u illegali” waqt żjara li għamlet f’Cuba.

Ir-restrizzjonijiet reġgħu ssaħħu taħt l-amministrazzjoni ta’ Donald Trump filwaqt li taħt l-amministrazzjoni ta’ Barack Obama kienu llaxkaw xi ftit.

“Is-sanzjonijiet mhux soluzzjoni. Aħna l-Ewropej informajna lil ħbieb Amerikani tagħna diversi drabi u dan għednieh ukoll fil-Ġnus Magħquda. L-uniku effett li għandhom is-sanzjonijiet huma dak li jnaqqsu l-kwalita` tal-ħajja tan-nisa, irġiel u tfal li joqogħdu fuq il-gżira,” qalet Mogherini.

L-Unjoni Ewropea kkritikat is-sanzjonijiet riċenti tal-Istati Uniti fuq ċittadini u kumpaniji Ewropej li jagħmlu l-kummerċ mal-gżira u qalet li ma taqbilx ma’ miżuri li jxekklu r-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi tal-UE ma’ Cuba.

Mogherini qed issaħħaħ il-kooperazzjoni mal-gżira bl-għan li tħejji ftehim bilaterali kummerċjali bejn Cuba u l-UE. L-UE hija it-tieni l-akbar trading partner ta’ Cuba wara ċ-Ċina, b’kummerċ li laħħaq  $2.4 biljun dollaru Amerikan fl-2016. L-UE hija l-akbar investitur barrani f’Cuba, f’setturi bħat-turiżmu u l-industrija agrarja.

TKABBIR TAL-UE FL-2025

L-UE mistennija twiegħed dħul ta’ stati membri ġodda fis-sena 2025 bil-kandidati ewlenin ikunu s-Serbja u l-Montenegro. Pajjiżi oħra tal-Balkani bħal ...
Read More

TRID TISPIĊĊA L-IPOKRESIJA DWAR IT-TURKIJA

Il-Presidenza Bulgara tal-UE fl-ewwel sitt xhur tas-sena tista’ ttejjeb ir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija skont Dimiter Tzantchev, ir-rappreżentant permanenti tal-Bulgarija ...
Read More

L-ISFIDI TA’ MALTA FL-IMMANIĠJAR TAL-ISKART

Alfred Sant faħħar l-impenn tal-Gvern għall-inizjattivi li jagħtu spinta lil Malta fil-qasam tal-immaniġjar tal-iskart u qal li dan is-settur jippreżenta ...
Read More

L-UE KONTRA S-SANZJONIJIET TAL-ISTATI UNITI FUQ CUBA

L-UE wiegħdet l-appoġġ tagħha fil-proċess ta’ riformi f’Cuba, mossa li tistona mal-miżuri riċenti li ħadet l-Istati Uniti bl-għan li tiżola ...
Read More

L-ISTATI MEMBRI SE JIKKONTRIBWIXXU AKTAR MINĦABBA L-BREXIT

L-Istati Membri tal-UE għandhom jikkontribwixxu aktar flus fil-baġit Ewropew, qal il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker. Bit-tluq tar-Renju Unit mistenni ...
Read More

ARTISTI GĦAWDXIN FIL-PARLAMENT EWROPEW

Erba’ artisti kontemporanji Għawdxin se jeżebixxu erbgħa u għoxrin xogħol artistiku fil-Parlament Ewropew fi Brussell bejn is-6 u d-9 ta’ ...
Read More

NUMRU REKORD TA’ IMMIGRANTI GĦAL FRANZA

Franza laqgħet numru rekord ta’ 100,000 applikazzjoni għall-ażil fl-2017. Franza qed taffaċċja influss ta’ immigranti b’mod regolari iżda xorta għadha ...
Read More

JIBDEL IL-MINISTRI QABEL JILTAQA’ MA’ JUNCKER

Sigħat qabel laqgħa ma’ Jean Claude Juncker, Il-Prim Ministru Pollakk Mateusz Morawiecki għamel tibdil fil-kabinett f’mossa li ġiet interpreta li ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment