L-UE mistennija twiegħed dħul ta’ stati membri ġodda fis-sena 2025 bil-kandidati ewlenin ikunu s-Serbja u l-Montenegro. Pajjiżi oħra tal-Balkani bħal Bosnia Herzegovina, il-Maċedonja, l-Albanija u l-Kosovo jistgħu jkunu eleġibbli għad-dħul jekk ikunu konformi mar-regoli tal-UE. It-tkabbir il-ġdid jiddependi minn kwistjonijiet bejn l-istess pajjiżi tal-Balkani. L-UE mistennija tippubblika l-istrateġija tagħha dwar it-tkabbir fl-ewwel ħmistax ta’ Frar. Dan jikkontrasta ma’ dak li kien qal Jean-Claude Juncker fl-2014 li ma kienx ippjanat tkabbir tal-UE għall-futur immedjat.

Is-Serbija u Montenegro, żewġ alleati storiċi tar-Russja, diġa` fetħu t-taħditiet għas-sħubija fl-UE. L-Albanija u l-Maċedonja mistennija jagħmlu dan dis-sena. Il-Bosnija u l-Kosovo qed jipprovaw ukoll jingħataw l-istatus ta’ ‘kandidat’.

Il-Kummissjoni Ewropea mistennija tisħaq li l-istati Balkani jridu jsolvu l-kwistjonijiet ta’ bejniethom biex ikunu eleġibbli fit-tkabbir tal-UE.

L-akbar problema tibqa’ r-rikonoxximent tal-Kosovo mis-Serbja. Dan il-ftehim huwa kruċjali għaż-żewġ stati Balkani.

Il-kwistjonijiet fil-Balkani jmorru lura 20 sena mindu waqfu l-gwerer ċivili fir-reġjun. Il-Kroazja u s-Slovenja għadhom sal-lum ma jistgħux jaqblu dwar il-fruntieri mal-baħar Adrijatiku. Il-Kroazja għandha kwistjonijiet oħra mal-Bosnija, il-Montenegro u Serbja.

L-aġenda tal-Balkani se tkun diskussa waqt il-Presidenza tal-Bulgarija u fit-18 ta’ Mejju se jsir Summit tal-Balkani f’Sofia, il-kapitali Bulgara.

Dawn id-deċiżjonijiet qed jittieħdu fil-kuntest tal-attivita` Russa fil-Balkani b’mod partikolari fis-Serbja u l-Montenegro fejn qed ikun inkoraġġut in-Nazzjonaliżmu Serb u qed issir propoganda kontra l-UE.

TKABBIR TAL-UE FL-2025

L-UE mistennija twiegħed dħul ta’ stati membri ġodda fis-sena 2025 bil-kandidati ewlenin ikunu s-Serbja u l-Montenegro. Pajjiżi oħra tal-Balkani bħal ...
Read More

TRID TISPIĊĊA L-IPOKRESIJA DWAR IT-TURKIJA

Il-Presidenza Bulgara tal-UE fl-ewwel sitt xhur tas-sena tista’ ttejjeb ir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija skont Dimiter Tzantchev, ir-rappreżentant permanenti tal-Bulgarija ...
Read More

L-ISFIDI TA’ MALTA FL-IMMANIĠJAR TAL-ISKART

Alfred Sant faħħar l-impenn tal-Gvern għall-inizjattivi li jagħtu spinta lil Malta fil-qasam tal-immaniġjar tal-iskart u qal li dan is-settur jippreżenta ...
Read More

L-UE KONTRA S-SANZJONIJIET TAL-ISTATI UNITI FUQ CUBA

L-UE wiegħdet l-appoġġ tagħha fil-proċess ta’ riformi f’Cuba, mossa li tistona mal-miżuri riċenti li ħadet l-Istati Uniti bl-għan li tiżola ...
Read More

L-ISTATI MEMBRI SE JIKKONTRIBWIXXU AKTAR MINĦABBA L-BREXIT

L-Istati Membri tal-UE għandhom jikkontribwixxu aktar flus fil-baġit Ewropew, qal il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker. Bit-tluq tar-Renju Unit mistenni ...
Read More

ARTISTI GĦAWDXIN FIL-PARLAMENT EWROPEW

Erba’ artisti kontemporanji Għawdxin se jeżebixxu erbgħa u għoxrin xogħol artistiku fil-Parlament Ewropew fi Brussell bejn is-6 u d-9 ta’ ...
Read More

NUMRU REKORD TA’ IMMIGRANTI GĦAL FRANZA

Franza laqgħet numru rekord ta’ 100,000 applikazzjoni għall-ażil fl-2017. Franza qed taffaċċja influss ta’ immigranti b’mod regolari iżda xorta għadha ...
Read More

JIBDEL IL-MINISTRI QABEL JILTAQA’ MA’ JUNCKER

Sigħat qabel laqgħa ma’ Jean Claude Juncker, Il-Prim Ministru Pollakk Mateusz Morawiecki għamel tibdil fil-kabinett f’mossa li ġiet interpreta li ...
Read More

 

Facebook Comments

Post a comment