Alfred Sant iddeskriva r-rapport tad-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar Malta bħala ‘manipolazzjoni totali’. Dr Sant qal dan waqt dibattitu dwar il-liberta` tal-espressjoni fil-Belt Valletta. Dan ir-rapport kontra Malta sar fl-istess żmien li l-Ungerija u l-Polonja kienu qed jiġu akkużati bi ksur tas-Saltna tad-dritt f’pajjiżhom.

Dr Sant qal li l-problemi ta’ korruzzjoni f’pajjiżna  għandhom jiġu diskussi f’kuntest Ewropew.

“Mhumiex biss il-politiċi involuti fi kwistjonijiet ta’ governanza. Wieħed irid jifhem ir-realtajiet tal-fatturi soċjo-ekonomiċi u l-interessi kummerċjali b’saħħithom li jiddominaw ħajjitna. Ma nistgħux inkunu insulari dwar din ir-realta`. Din hija problema li tinsab fl-Ewropa u mhux problema ta’ Malta biss.”

Dr Sant semma l-iskandlu tal-kumpanija Ġermaniża Volkswagen b’karozzi li jaħbu l-emissjonijiet tad-diesel.

“Dan l-iskandlu ma nkixifx fl-Ewropa, iżda mill-Istati Uniti minħabba raġunijiet ta’ kompetizzjoni.”

Alfred Sant ikkundanna l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, iżda qal li għad trid tiġi stabbilita r-raġuni għal dan l-att barbaru.

“Ma naqbel xejn mal-azzjonijiet ta’ dawk li qed jagħmlu l-protesti pubbliċi ma’ Kastilja u postijiet oħra, imma għandhom kull dritt jagħmlu hekk, kif għandhom kull dritt jikkritikawhom dawk li ma jaqblux magħhom”,  irrimarka l-MEP.

SPJUNAĠĠ FUQ IL-BAĦAR

L-Aġenzija tal-ħarsien tal-fruntieri FRONTEX se żżid l-ispjunaġġ fuq il-baħar permezz ta’ operazzjoni ġdida  ta’ spjunaġġ fiċ-ċentru tal-Mediterran li se tintraċċa nies ...
Read More

MANIPOLAZZJONI TOTALI

Alfred Sant iddeskriva r-rapport tad-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar Malta bħala ‘manipolazzjoni totali’. Dr Sant qal dan waqt dibattitu dwar il-liberta` ...
Read More

STRATEĠIJA GĦALL-BALKANI KOLLHA

Tnax-il pajjiż membru tal-UE, inkluż Malta, iddikjaraw li l-istrateġija għat-tkabbir tal-UE għandha tibqa’ mmexxija minn proċess u mhux minn data, ...
Read More

TAL-VISEGRAD KONTRA KOSTITWENZA EWROPEA

Il-pajjiżi tal-Visegrad - Ungerija, Polonja, Repubblika Ċeka u Slovakkja - tkellmu kontra l-prinċipju ta’ lista ‘transnazzjonali’ għall-elezzjonijiet Ewropej 2019. Din ...
Read More

ORBAN FITTEX ALLEAT FIL-KANĊILLIER AWSTRIJAK

L-immigrazzjoni kienet iċ-ċentru tat-taħditiet bejn il-Prim Ministru tal-Ungerija Viktor Orban u l-Kanċillier Awstrijak Sebastian Kurz. Orban żar Vjenna f’attentat li ...
Read More

BULLMAN FLOK PITTELLA SAL-4 TA’ MARZU

Il-mexxej tal-S&D tal-Parlament Ewropew, Gianni Pittella, ħabbar li s-soċjal-demokratiku Udo Bullman se jkun il-mexxej temporanju ta’ dan il-grupp politiku sal-ħadd ...
Read More

5% ŻIEDA FIL-PAGA MINIMA

Vladislav Goranov, li ppreżenta l-prijoritajiet tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ekonomija u l-finanzi, ma rreaġixxiex għall-proposta ta’ Alfred Sant biex il-paga ...
Read More

TRASPORT FIL-PERIFERIJA TAL-UE

L-UE għandha tiggarantixxi trasport bi prezzijiet raġjonevoli fir-reġjuni kollha tagħha, speċjalment f’dawk insulari, fil-periferija u f’reġjuni b’popolazzjonijiet żgħar fl-Unjoni. Dan ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment